GĦAJNUNA LILL-VITTMI TAT-TERREMOT FIL-PAKISTAN
pr1453
10/10/2005
| Il-Gvern | ta' Malta, permezz tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ser iwieġeb għas-sejħa li saret mill-Pakistan sabiex tingħata għajnuna lill-vittmi tat-terrimot li laqat dan il-pajjiż. |
| Għalhekk, | id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili reġa' attiva l-kontijiet ta’ l-Għajnuna Umanitarja li għandu mal-Bank of Valletta u l-HSBC. Kull min jixtieq jagħti għajnuna għandhom jirrikorru f'waħda minn dawn il-fergħat tal-Banek u jiddikjaraw li jixtiequ jiddepositaw flus fil-kont tal-Protezzjoni Civili - Humanitarian Aid. |
| Il-flus | miġbura sa nhar il-Ħadd, 16 ta' Ottubru jingħataw lill-Assocjazzjoni tar-Red Cross sabiex jitqassmu lil dawk fil-bżonn. |
| Akard | tard ser jinħarġu avviżi dwar ġbir ta' materjal bħal gvieret u ikel biex jintbagħtu lill-istess vittmi. |
| Id-Dipartiment | tal-Proteżżjoni Ċivili mhux ser jaċċetta għotjiet ta' flus, ħlief fl-Accounts imsemmija hawn fuq; u m’għandu ebda rabta ma' Assocjazzjonijiet jew individwi li qed jagħmlu ġbir għall-istess għan. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947