Left arrow Go Back

GĦAJNUNA LILL-VITTMI TAT-TERREMOT FIL-PAKISTAN

pr1453
Date Icon 10/10/2005
Il-Gvernta' Malta, permezz tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ser iwieġeb għas-sejħa li saret mill-Pakistan sabiex tingħata għajnuna lill-vittmi tat-terrimot li laqat dan il-pajjiż.
Għalhekk,id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili reġa' attiva l-kontijiet ta’ l-Għajnuna Umanitarja li għandu mal-Bank of Valletta u l-HSBC.  Kull min  jixtieq jagħti għajnuna għandhom jirrikorru f'waħda minn dawn il-fergħat tal-Banek u jiddikjaraw li jixtiequ jiddepositaw flus fil-kont tal-Protezzjoni Civili - Humanitarian Aid.
Il-flusmiġbura sa nhar il-Ħadd, 16 ta' Ottubru jingħataw lill-Assocjazzjoni tar-Red Cross sabiex jitqassmu lil dawk fil-bżonn.
Akardtard ser jinħarġu avviżi dwar ġbir ta' materjal bħal gvieret u ikel  biex  jintbagħtu lill-istess vittmi.
Id-Dipartimenttal-Proteżżjoni Ċivili mhux ser jaċċetta għotjiet ta' flus, ħlief fl-Accounts imsemmija hawn fuq; u m’għandu ebda rabta ma' Assocjazzjonijiet jew individwi li qed jagħmlu ġbir għall-istess għan.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow