Wirja ta’ mudelli ta’ l-ajruplani
pr1451
09/10/2005
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech indirizza lill-organizzaturi u d-dilettanti ta’ mudelli ta’ l-ajruplani u helicopters bil-makna li nhar il-Ħadd 9 ta’ Ottubru kienu preżenti għall-annual open day, organizzata mill-“Ħal Far Model Flying Association”. |
| Fl-open | day ittellgħet wirja ta’ mudelli ta’ ajruplani u helicopters mill-membri ta’ l-assoċjazzjoni. Dawn il-mudelli ttajjru fuq Ħal Far. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech feraħ lill-organizzaturi u dilettanti tal-mudelli ta’ l-ajruplani u l-helicopters għall-wirja li tellgħu u li kienet daħlet fil-kalendarju ta’ attivitajiet ta’ l-assoċjazzjoni. |
Dr. Zammit Dimech qal li wirja bħal din, minbarra milli kienet tgħin biex dawn id-dilettanti jqattgħu l-ħin liberu tagħhom, kienet ukoll ta’ attrazzjoni sew għall-Maltin kif ukoll għal turisti li jżuruna. Hu awgura kull suċċess lil din l-għaqda li kienet qiegħda anke tattira anke dilettanti barranin bil-mudelli tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947