Xogħlijiet sinonimi ma’ kwalita’ artistika
pr1448
08/10/2005
| Gabriel | Caruana hu artist ewlieni Malti b’karriera twila fil-qasam tal-produzzjoni taċ-ċeramika, skulturi, tpinġija u xogħol b’taħlita ta’ diversi media. |
| Gabriel | Caruana esebixxa x-xogħlijiet tiegħu sew lokalment kif ukoll barra minn Malta . Hu jmexxi Studio u “The Old Mill Culture & Crafts Centre” f’Birkirkara fejn ix-xogħlijiet tiegħu huma għall-wiri b’mod permanenti u fejn jintwerew ukoll xogħlijiet ta’ artisti li jkunu f’pajjiżna. |
| Gabriel | Caruana qiegħed bħalissa jesebixxi xogħlijiet li m’humiex fiċ-ċeramika fl-Atrium tal-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru għall-Kreattivita’. Għal din l-okkażjoni l-kritiku u l-istoriku fl-arti Bonne ten Kate qed iniedi l-ktieb tiegħu “Another Side of Gabriel Caruana – his non ceramic work”. F’dan il-ktieb hemm 250 ritratt li jillustraw il-varjeta’ wiesa’ tal-ħafna dixxiplini fil-qasam artistiku ta’ Caruana. Il-ktieb jibda’ b’xogħlijiet ta’ Caruana mill-ewwel snin tiegħu ta’ formazzjoni u jkopri kull attivita’ artistika ta’ Caruana. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura din il-wirja ta’ xogħlijiet mhux fiċ-ċeramika ta’ Gabriel Caruana. Hu qal li Gabriel Caruana kien artist b’karriera twila warajh li x-xogħlijiet tiegħu għamlu unur lilu u lil pajjiżna f’Malta u barra minn xtutna. |
| “Gabriel | Caruana hu artist anzjan u prolifiku. Ix-xogħlijiet tiegħu fiċ-ċeramika, skultura, tpinġija u taħlita ta’ media huma sinonimi ta’ kwalità”, qal il-Ministru Francis Zammit Dimech. Hu żied li kien konvint li l-artisti żgħażagħ tagħna kellhom ħafna x’jitgħallmu minn Gabriel Caruana li baqa’ jaħdem u baqa’ jagħti l-kontribut tiegħu għall-arti Maltija. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech kellu wkoll kliem ta’ tifħir għal Bonne ten Kate li qed jimmortalizza x-xogħlijiet ta’ Caruana f’żewġ kotba. Hu qal li wara li Bonne ten Kate ħareġ l-ewwel ktieb dwar ix-xogħlijiet ta’ Caruana “Ceramics”, flimkien mal-Professur Richard England , issa kien qed jippubblika ktieb ieħor dwar ix-xogħlijiet ta’ Caruana li ma kienux jinkludu xogħlijiet fiċ-ċeramika. Dawn il-kotba kienu jkopru kull attivita’ ta’ Gabriel Caruana u għalhekk setgħu jservu ta’ għajnuna sew għall-istoriċi ta’ l-arti kif ukoll għal artisti żgħażagħ Maltin fl-istudji tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947