MALTA FREEPORT CORPORATION TORDNA L-WAQFIEN TA’ L-OPERAT TA’ BRINDISI TERMINAL ITALIA SPA
pr1447
07/10/2005
| Il-Brindisi Terminal | Italia SpA illum waqfet topera uffiċjalment u l-impjegati kollha li jaħdmu ma’ din il-kumpanija, llum qed jintemmilhom l-impjieg tagħhom. B’kollox il-BTI kien jimpjega madwar mitt persuna. |
| Fl-2004, | il-Malta Freeport Corporation kienet iddeċidiet li jekk il-konċessjoni ta’ Brindisi Terminal Italia SpA (BTI) biex topera fil-port ta’ Brindisi , ma titteħidx minn xi ħadd sal-31 ta’ Diċembru 2005, il-kumpanija ser tieqaf topera. |
| Fuq | direzzjoni tal-Gvern, il-Korporazzjoni stabbiliet data li warajha m’hix ser tkompli tipprova tbiegħ id-dritt ta’ BTI li topera fil-Port ta’ Brindisi . Nhar it-18 ta’ Marzu 2005, numru ta’ kumpaniji li setgħu kienu nteressati li jieħdu din il-konċessjoni, irċevew ‘Dokument b’Informazzjoni dwar Bejgħ’. Sa April 2005, żewġ kumpaniji esprimew interess li jixtru l-konċessjoni u żaru Brindisi għal dan il-għan. Madankollu dawn irrizultaw fin-negattiv. |
| F’Ottubru | 2005, investituri oħra esprimew interess li jieħdu l-konċessjoni u nformaw li, flimkien ma’ l-Awtorita’ tal-Port ta’ Brindisi , qed jistħarrġu fid-dettall il-potenzjal tal-konċessjoni. Din l-espressjoni ta’ interess qed tkun kunsidrata mill-Korporazzjoni. |
| Fit-2 | ta’ Novembru 2004, il-Gvern kien ta rendikont dettaljat ta’ l-avvenimenti li wasslu għas-sitwazzjoni preżenti. Sa nofs l-2003, l-exposures tal-Malta Freeport minħabba l-Brindisi Terminal Italia, kienu jammontaw għal €26.6 miljun. Bid-deċizjonijiet li ħa l-Gvern f’dawn l-aħħar sentejn, dawk l-exposures ma tħallewx jiżdiedu u issa qegħdin jitnaqqsu għal bilanċ li ser jiġi ffinanzjat mill-Malta Freeport Corporation (u mhux kif qed jgħid il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, mill-bejgħ ta’ Pender Place u Mercury House) fuq medda ta’ snin. |
| Il-Gvern | jafferma li d-deċiżjonijiet tiegħu tul dawn l-aħħar sentejn kienu deċiżjonijiet li naqqsu l-ħsara li ġiet mill-falliment ta’ dan l-investiment, imwelled mill-Gvern Laburista immexxi minn Dr.Alfred Sant. L-isforz tal-Malta Freeport Corporation fix-xhur ta’ bejn Frar 2004 u Ottubru 2005 kien ikkonċentrat fuq li jnaqqsu kemm jista’ jkun it-telf u l-konsegwenzi ta’ dan il-falliment; u fiċ-ċirkostanzi hu merituż li l-ispiża finali tkun anqas mill-exposures li kellu quddiemu l-Gvern fl-2003. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947