Left arrow Go Back

DISA’ MILJUN LIRA GĦALL-ISPORT MILL-GVERN F’SITT SNIN

pr1446
Date Icon 07/10/2005
“Bejn is-sena 2000 u l-2005 il-Gvern investa aktarminn Lm 9 miljun direttament f’impjanti pubbliċi, attivitajiet, u għajnuna lill-għaqdiet sportivi.  Barra minn hekk il-Gvern għadda propjetà pubblika li tiswa` miljuni ta’ liri lill-għaqdiet biex dawn jiżviluppaw id-dixxiplini sportivi tagħhom.  Fil-limiti tal-finanzi pubbliċi l-Gvern ser ikompli jappoġġja dan is-settur.  Iżda huwa importanti li l-politika dwar l-isport iżżid l-importanza li għandha tingħata lid-dimensjoni ekonomika ta’ l-attività fiżika u sportiva f’Malta u Għawdex.  F’dan ir-rigward is-settur privat għandu sehem speċjali x’iwettaq u għalhekk is-seminar tal-KOM huwa okkażjoni importanti biex jiġi mistħarreġ dan is-sehem.”
Dan sostnieh il-Ministru  ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħu Mpjiegi, l-Onor. Louis Galea, meta dalgħodu ħa sehem f’Seminar dwar il-Marketing u l-iSport organizzat mill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) fil-Lukanda Dolmen.  Is-seminar qed jistħarreġ kif il-Gvern jista’ jinkoraġixxi lis-settur privat jinvesti aktar fl-isport lokali permezz ta’ sponsorships.
Il-Ministru Galea fisser li l-Gvern hu konxju mill-benefiċċjisoċjali u ekonomiċi ta’ l-isport u jinvesti mill-aħjar li jista` fl-istrutturi u l-faċilitajiet sportivi f’Malta u Għawdex.  Meta l-Gvern jibni u jinvesti f’kumplessi u faċilitajiet sportivi, ikun qed jagħti kontribut ta’ siwi kbir biex l-isport isir attrazzjoni għall-investiment u l-sponsorship privat.  It-tmexxija u l-operat ta’ dawn il-kumplessi u faċilitajiet ukoll jiġġeneraw appoġġ sostanzjali għall-attivitjiet tad-diversi għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi.
Fis-snin bejn l-2000 u l-2005 il-Gvern investa aktarminn Lm 9 miljun f’impjanti pubbliċi, attivitajiet, u għajnuna lill-għaqdiet sportivi.  Minn din is-somma Lm2.3 miljun ġew dedikati għal attivitajiet sportivi u għajnuna lil għaqdiet u assocjazzjonijiet sportivi, Lm2.8 miljuni huma investiment kapitali f’impjanti u faċilitajiet pubbliċi sportivi, filwaqt li Lm2.9 miljun imorru biex jitmexxew il-faċilitajiet sportivi u jissussidja l-użu ta’ dawn il-kumplessi u faċilitajiet mill-isportivi u l-għaqdiet tagħhom.
Il-Ministeru tal-Finanzi, mill-Fond tas-Super 5,f’dawn is-snin għadda lil għaqdiet sportivi biss Lm 826,000, bin-nofs tagħhom jingħata lil KOM. Barra minhekk, il-Gvern għadda lil għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi 102 propjeta` pubblika li tiswa` miljuni ta’ liri bi ħlas nominali, biex fiha jiżviluppaw id-dixxiplini sportivi tagħhom.
Il-Ministru Galea ħabbar li l-Ministeru tiegħu bedaeżerċizzju ta’ verifika (audit) biex jistabilixxi kif qed jiġu osservati l-kuntratti li l-Parlament approva dwar dawn il-proprjetajiet.
Il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) huwa għoddaimportanti mwaqqfa b’liġi li mhux biss hu l-aġent ewlieni tal-Gvern fit-twettiq tal-politika f’dan il-qasam, iżda għandu kontribut x’jagħti biex nibdew inħarsu lejn l-isport anke mil-lenti ta’ settur ekonomiku importanti.  Dan is-settur jista` jikber u jattira aktar investiment.
Il-KMS qed jikkonsidra proposti ta’ Public PrivatePartnerships fl-użu ta’ enerġija li tiġġedded biex tissaħħan il-Pixxina Nazzjonali u biex jinbena l-Kumpless Sportiv fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-KMS qed jaħdem ukoll fuq survey biex jistabbilixxil-kontribut ekonomiku ta’ l-attività sportiva lill-ekonomija nazzjonali.  Dan għandu jwassal biex ikollna stampa ċara ta’ l-ambjent li investituri pubbliċi u privati iridu jaħdmu fih u jipprovdi informazzjoni importanti li fuqha jistgħu mbagħad jitfasslu policies ġodda fiskali li jippromwovi l-isport, l-isportivi u l-għaqdiet tagħhom. Mingħajr din l-informazzjoni huwa diffiċli għall-investituri privati li jifhmu l-ambjent ekonomiku ta’ l-isport biex jieħdu deċiżjonijiet ta’ sponsorships sportivi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow