Left arrow Mur Lura

JIBDA JIĠI FFURMAT KANAL ĠDID BIEX JIPPREVJENI L-GĦARGĦAR FIL-MENQA TAL-MARSA - PROĠETT LI DIĠÀ ĦALLA RIŻULTATI FERM SODISFAĊENTI

pr1442
Date Icon 07/10/2005
Kienu xhur ta’ ħidma kbira mwettqa mill-ħaddiematal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura li wasslu sabiex illum il-problema ta’ l-għargħar f’Ħal Qormi u l-Marsa ittaffiet bil-kbir. Madankollu l-ħidma għadha għaddejja.
Ħidma li rat il-bidu tagħha tard fis-sena 2003. Danpermezz tal-bini ta’ kanal ta’ 1,200 metru b’wisa’ ta’ 12-il metru li minn Ħal-Qormi jwassal għal Marsa. Inbena wkoll pont b’wisa’ ta’ 12-il metru fi Triq l-Iljun wara l-birrerija tal-Lowenbrau. Issa nbeda x-xogħol ta’ bini ta’ kanal li minn Triq Aldo Moro jwassal għal Xatt il-Mollijiet. Għaddej ukoll xogħol ta’ bini ta’ żewġ pontijiet oħra, li se jservu ta’ aċċess għal Marsa Sports Club u l-Marsa Sports Complex.
Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar dawnix-xogħlijiet fl-inħawi ta’ Xatt il-Mollijiet. Il-kanal eżistenti se jitwessa’ minn 8 metri għal 16-il metru għal tul ta’ 120 metru. Flimkien ma’ dan ix-xogħol, se tinbena fergħa ġdida, wiesa’ 12-il metru u twila 160 metru, li mill-kanal eżistenti twassal sa Xatt il-Mollijiet. Din il-fergħa se tinbena sabiex jiġi evitat li jsir intervent fuq bini storiku. Wara ċ-ċaqlieq ta’ servizzi li se jintlaqtu minn dan it-twessiegħ tal-kanal, issa beda it-tqegħid ta’ precast units biex jiġi ffurmat il-ġenb tal-kanal. Dawn il-160 unit tal-konkos nħadmu fl-aħħar xhur mill-istess ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Sabiex jitpoġġew il-precast units li se jiffurmawil-ġenb tal-kanal (embankments) irid isir skavar ta’ 20,000 metru kubu ta’ materjal. Dan ix-xogħol qed ikun ikkumplimentat minn tindif u manteniment ta’ widien f’diversi nħawi f’Malta. Dan jiffaċilita l-mixja ta’ l-ilma tax-xita sabiex jasal f’dan il-kanal u finalment jiżbokka fil-Menqa.
Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li Malta akkwistat miljunEwro mill-Unjoni Ewropea sabiex ikunu jistgħu jitwettqu xogħlijiet għal prevenzjoni mill-għargħar. L-ispiża totali fuq din il-fażi ta’ dan il-proġett, inkluż il-pagi tal-ħaddiema, se tlaħħaq ’l fuq minn Lm700,000.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow