Aġġornament ta’ proċeduri fis-sezzjoni li tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp tal-MEPA
| Organizzazzjoni | ta’ suċċess trid tkun kapaċi taddatta, taġġorna u tibdel skond l-esiġenzi tal-klienti tagħha. Sew jekk fis-settur pubbliku, kif ukoll fis-settur privat, organizzazzjoni trid tiffoka fuq il-bżonnijiet tal-klient. Il-MEPA mhix eċċezzjoni u jeħtieġ taġġorna ruħha għal diversi raġunijiet. |
| Dan | intqal mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar aġġornament fil-proċeduri ta’ l-operat li se jkunu introdotti fis-sezzjoni li tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp tal-MEPA, magħrufa bħala Development Control Section. Il-konferenza ta’ l-aħbarijiet saret wara laqgħat separati li l-Ministru Pullicino kellu mal-Bord tal-MEPA kif ukoll ma’ l-impjegati li jaħdmu f’din it-taqsima, fejn ingħataw dettalji dwar it-tibdiliet li se jkunu ntrodotti. |
| It-tibdil | jikkonċerna l-operat tat-taqsima tad-Development Control Section tal-MEPA, li hija s-sezzjoni li tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp. Fuq inizjattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, il-Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġiet ikkummissjonata biex tħares lejn it-titjib li seta’ jsir fl-applikazzjonijiet għall-iżvilupp bil-għan li dewmien żejjed jiġi minimizzat, mingħajr ma tiġi preġudikata l-professjonalita’. |
| Din | ma kienitx l-unika inizjattiva li ħa l-Ministeru, fl-isforzi kontinwi tiegħu biex jara li l-MEPA topera bl-aħjar proċeduri possibbli. L-operat tal-MEPA hu trasparenti; deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet jittieħdu fil-pubbliku; l-informazzjoni fuq l-applikazzjonjiet tista' tinkiseb faċilment mill-website tal-MEPA; id-dokumenti ta' policies ukoll huma aċċessibbli mill-website. |
| Is-sitwazzjoni | llum hija tali li kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess ħieles għad-dokumenti u l-istudji li jiffurmaw l-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA), kif ukoll għar-rapporti li jsiru fuq applikazzjonijiet li jkunu sottomessi quddiem il-MEPA. |
| Twaqqaf | ukoll l-uffiċċju ta’ l-awditur permezz ta’ l-emendi fil-Liġi ta’ l-Ippjanar b’tali mod li dan jopera b’mod indipendenti u għandu l-jedd li jinvestiga lmenti li jsiru; u għandu wkoll is-setgħa li jinvestiga minn rajh kwalunkwe parti mill-operat tal-MEPA. |
| Barra | minn hekk, f’Novembru tas-sena l-oħra kien ippreżentat ir-rapport li kien tħejja mill-konsulent Ingliż Leslie Robinson li fih ġew indikati xi nuqqasijijet fl-operat tat-Taqsima tal-Kontroll ta’ l-Iżvilupp. |
| It-tibdil | li tħabbar illum se jolqot erba’ funzjonijiet ewlenin li huma titjib fil-customer care li għandha twassal biex ir-relazzjoni bejn il-MEPA u l-klienti tagħha tkun dejjem aktar ibbażata fuq rispett reċiproku u fl-istess waqt titjieb l-informazzjoni għall-klient. It-tibdiliet se jwasslu biex tkun introdotta struttura ta’ ċelloli (cell structure) fejn kull ċellola tkun responsabbli għall-proċess kollu ta’ l-applikazzjoni mis-sottomissjoni sakemm tinħareġ id-deċiżjoni. Dan għandu jwassal biex tiżdied l-accountability |
| It-tibdiliet | jikkonċernaw ukoll l-implementazzjoni stretta ta’ dak li jgħid l-Att dwar l-Ippjanar dwar il-konsultazzjoni li l-MEPA tagħmel ma’ stakeholder entities. Dawn it-tibdiliet għandhom ukoll l-għan li jidentifikaw bżonnijiet ta’ management training għas-senior management tal-MEPA. |
| Biex | ikun assigurat li din ir-riforma tħallu l-frott mixtieq, inħatar ukoll Change Management Team li se jkun inkarigat li jwettaq ir-riformi li ġew approvati f’din l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett ta’ tiġdid tal-MEPA. Dan it-team ser ikun magħmul minn Kevin Gatt bħala Chairman, Marika Tonna bħala Deputy Chairman u Andrew Calleja, Victor Torpiano, Chris Borg u John Ebejer bħala membri. Dawn jirrappreżentaw lill-MEU bħala l-awtur tar-rapport, lill-MEPA u lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Ser ikun hemm ukoll rappreżentant tal-Users’ Committee tal-MEPA. |
| Dan | it-team għandu r-responsabbilta’: |
· li jipprepara pjan individwali ta’ azzjoni għal kull miżura;
· li jidentifika dawk li ser ikunu responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jassigura li l-implementazzjoni tkun ippjanata;
· li jevalwa l-ispiża li tkun involuta;
· li jitfassal pjan ta’ komunikazzjoni interna;
· li jagħti pariri lill-Ministru; u
· li jwaqqaf sotto-kumitati biex jgħinu fit-tfassil u t-twettiq tal-pjanijiet meħtieġa biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet proposti.
| It-team għandu wkoll struzzjonijiet biex dawn l-erba’ miżuri jkunu | twettqu u li r-riżultati jibdew jinħassu b’mod tanġibbli sa’ Marzu tas-sena d-dieħla. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li dan huwa l-ewwel fażi tal-proċess u dan it-team ser ikun inkarigat ukoll li jevalwa proposti oħra li hemm fir-rapport u jagħmel rakkommandazzjonijiet. L-aġġornament ta’ l-operat mhux ser ikun limitat għad-Development Control Section biss. Anzi, l-Management Efficiency Unit ser tkompli bl-istudji tagħha fuq sezzjonijiet oħra ta’ din l-entita’. |
| George | Pullicino qal li dan il-proċess se jagħti ċ-ċans lil kull impjegat tal-MEPA biex jikkonsolida jew itejjeb dak li qiegħed jagħmel għas-sodisfazzjon personali tiegħu u għall-ġid ta’ l-organizzazzjoni. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947