Left arrow Go Back

Ismijiet ġodda lit-toroq fiż-Żona Industrijali fl-Imrieħel

pr1436
Date Icon 06/10/2005
“B’riżultatta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni li jinżammu fuq bażi regolari mas-sidien tan-negozji żgħar li jagħmlu parti miż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel, toroq li qatt ma kellhom isem, issa, fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari Għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, għall-ewwel darba ser ikollhom identifikazzjoni.”  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal dan waqt laqgħa li kelli ma’ numru ta’ self employed minn din iż-żona.
Kienus-sidien stess li ġibdu l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, li huma kienu qed isibu diffikulta’ kull meta jikkomunikaw mal-klijenti tagħhom, sabiex jispjegaw eżattament fejn jinsab n-negozu tagħhom peress li numru ta’ triqat f’żona partikolari fl-imrieħel, kollha kien jisimhom jew aħjar magħrufin bħala Sqaq l-Għadam.  Dan il-fatt kien qed joħloq konfużjoni bla bżonn, u għalhekk l-ilment ingħata prijorita’.
“Is-Segretarjattiegħi beda eżerċizzju amministrattiv flimkien ma’ l-istreet naming committee, żamm il-konsultazzjoni meħtieġa mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, u illum wasalna biex bi pjaċir inħabbru li dawn it-toroq ser jingħataw l-isem.
“Danhuwa pass ieħor fil-mixja sabiex intejjbu l-ambjent li fih jaħdmu sidien tan-negozji żgħar f’pajjiżna biex b’hekk ikunu jistgħu jaħdmu aħjar.  Eżerċizzju ieħor li bħalissa s-Segretarjat jinsab impenjat fih, flimkien ma’ diversi Dipartimenti Governattivi oħra, hu dak li tiġi ntrodotta s-sistema ta’ door numbering għas-sidien kollha ta’ dawn iż-żoni industrijali.  Dan fil-fatt kien punt ieħor li tqajjem mill-istess sidien tan-negozju taż-żona industrijali ta’ l-imrieħel, sabiex anke hawn għall-ewwel darba nsibu l-mezz kif madwar 700 bieb jiġu nnumerati, u b’hekk inkunu qed niffaċilitaw l-aċċess għal dawn l-istess negozji.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo temm billi qal li, f’isem il-Gvern, huwa determinat li jkompli b’ħidma li ma taqta’ xejn, favur in-negozji żgħar u s-self employed.  “B’dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni kontinwa ma’ l-istess sidien tan-negozji, qed joħroġ ħafna ġid, u r-rieda tal-Gvern li jibqa’ jkun disponibbli u aċċessibbli, ser tibqa’ hemm sakemm flimkien inkunu nistgħu nkomplu ntejjbu l-ambjent li dawn in-negozji jaħdmu fih.  B’hekk inkunu qed ngħinu lill-istess sidien jespandu, jitkattru, u jiġġeneraw aktar xogħol u impjiegi ġodda f’pajjiżna”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow