Proġett għat-tisbiħ ta’ Vjal Ġlormu Cassar
pr1435
06/10/2005
| Il-Ministru għat-Turiżmu | u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Kumitat Interministerjali dwar it-Turiżmu identifika sitt zoni turistiċi li għandhom jingħataw priorita’ f’xogħol ta’ tisbiħ. Hu qal li dawn iz-zoni huma: il-belt Valletta u z-zona tal-Port il-Kbir; tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville; Buġibba, il-Qawra, Mellieħa, Golden Bay u l-Marfa; l-Imdina, ir-Rabat, Ħad-Dingli, Ta’ Qali u l-Buskett; Għawdex; u l-ibħra kostali. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li fiz-zona tal-Belt Valletta u l-Port il-Kbir twettqu żewġ proġetti kbar u importanti li huma marbuta mal-qasam turistiku. Dawn kienu il-proġett tal-Kottonera u l-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal. Hu qal li l-Cruise Liner Passenger Terminal illum jokkupa l-Imħażen ta’ Pinto u Forni li ġew restawrati u riabilitati. Hu qal li parti mill-faċċata li kienet twaqqgħet fl-aħħar Gwerra Dinjija nbniet mill-ġdid biex illum dawn l-imħażen iduru madwar laguna artifiċjali u joffru dehra mill-isbaħ bis-swar li jinżlu warajhom qishom purtiera. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech fakkar li l-Cruise Liner Passenger Terminal kien jilqa’ madwar 300,000 passiġġier fis-sena li għalkemm ma jingħaddux man-numru ta’ turisti li jżuru Malta jikkontribwixxu miljuni ta’ liri għall-ekonomija u huma mezz importanti ta’ promozzjoni għal pajjiżna. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-maġġoranza ta’ dawn il-viżitaturi jżuru l-belt Valletta u l-bini storiku li hemm fiha. Ħafna minn dawn jitilgħu bil-mixi mix-xatt tal-Belt, għat-Telgħa tal-Kruċifiss, it-taraġ ħdejn l-Isptar Boffa u Vjal Glormu Cassar. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-Gvern deherlu li bl-iskop li nkomplu ntejjbu l-prodott turistiku, t-triq kollha li minnha jgħaddu l-viżitaturi minn meta jinżlu mill-cruise liners sal-Belt, kellha tiġi msebbħa. Għal dan l-iskop intalbet għajnuna minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu qal li l-proġett kollu se jiswa madwar Lm145,000 – eskluża l-VAT – li 75 fil-mija minnhom se jingħataw mill-ERDF Fund ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech, li kien qed izur dan ix-xogħol, qal li dan it-tisbiħ kien jaqa’ direttament taħt il-kategorija ta’ titjib tal-prodott u kien intiż ukoll biex itejjeb il-livell ta’ sodisfazzjon u hekk jinkoraġixxi viżitaturi li jiġu abbord ta’ cruise liners biex jerġgħu jżuru Malta; kien itejjeb il-kompettivita’ u s-sostenibilita’ u jwassal biex jissebħu l-inħawi u hekk il-viżitatur jingħata impressjoni aħjar ta’ pajjiżna. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-proġett kollu mistenni jitlesta sal-bidu tas-sena d-dieħla, iżda l-pavimentar ta’ Vjal Ġlormu Cassar għandu jkun lest sa’ Novembru. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech appella lil kulħadd biex dawn il-proġetti ta’ tisbiħ inħarsuhom minn kull xorta ta’ vandaliżmu għaliex it-tisbiħ, li jgħin biex nattiraw aktar turisti lejn pajjiżna, jitwettaq primarjament biex jitgawda mill-Maltin stess. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947