Left arrow Mur Lura

Inawgurazzjoni b’sinifikat doppju

pr1434
Date Icon 06/10/2005
Fil-kappella li tfakkar il-ħarbata’ Gesù lejn  l-Eġittu, li tifforma parti mix-Xatt ta’ Pinto – illum il-Valletta Waterfront –  il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura t-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Bliet Storiċi ta’ Malta .
Tulil-11-il ġurnata ta’ dan il-Festival qed ikunu organizzati attivitajiet fil-belt Valletta u l-Furjana, fl-Imdina, fil-Birgu, l-Isla u Bormla u ċ-Ċitadella f’Għawdex. Matul dan il-festival qed ikunu organizzati re-enactments, kunċerti mużikali, programmi minn baned lokali u barranin, u attivitajiet oħra li jwasslu lill-Maltin u lit-turisti li jżuruna biex jgħixu l-istorja ta’ dawn l-ibliet storiċi mdawwra bis-swar li kellhom sehem qawwi fit-tiswir ta’ l-istorja ta’ pajjiżna.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li kien onorat li jinawgura dan il-festival f’post li kellu sinifikat doppju. Hu qal li l-Kappella f’nofs l-imħażen, li hi proprjeta’ tal-Gvern, ġiet restawrata qabel ma beda l-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal.  Hu qal li x-xogħol ta’ restawr twettaq fi żmien li l-E.T. Ugo Mifsud Bonnici kien responsabbli mill-qasam ta’ l-Edukazzjoni u l-Kultura. Kien l-istess Ministru li kien waqqaf l-Iskola tal-Bini, li wettqet ir-restawr ta’ din il-kappella storika,   bħala wieħed mill-proġetti tagħha.
Sinifikatieħor hu li din l-inawgurazzjoni qed issir fil-Valletta Waterfront, l-imħażen ta’ Pinto u Forni mibnija mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann li saritilhom ħsara fl-aħħar gwerra dinjija fejn parti tal-faċċata twaqqet. Bħala parti mix-xogħol li sar biex illum għandna l-Cruise Liner Passenger Terminal, il-parti mwaqqa’ tal-faċċata nbniet mill-ġdid, inbniet triq bejn is-swar u l-imħażen biex inkixfu sew is-swar kif ukoll l-imħażen ħalli jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd u ġew restawrati u riabilitati l-imħażen minn ġewwa u minn barra.
“Danhu eżempju ta’ kif għandna nħarsu l-wirt storiku ta’ pajjiżna  billi nassiguraw li bini storiku jiġi restawrat fl-istess waqt li jsir użu minnu biex hekk ikun mħares u ssiru l-manutenzjoni kollha meħtieġa. Dawn il-proġetti qed iwasslu wkoll biex intejjbu l-prodott turistiku ta’ pajjiżna u biex hekk nsaħħu s-settur turistiku,” qal il-Ministru Zammit Dimech li awgura li l-festival ta’ din is-sena jkun suċċess akbar minn tas-sena l-oħra u jservi ta’ attrazzjoni turistika fi żmien meta t-turiżmu ma jkunx fl-eqqel tiegħu.
Waradin l-inawgurazzjoni tal-Festival, il-Ministru Francis Zammit Dimech fetaħ il-wirja ta’ pittura u skultura “Fantasy at Sea” li qed tittella’ f’Vault 16, fil-Valletta Waterfront, bħala parti mill-Festival ta’ l-Ibliet Storiċi ta’ Malta. F’din  il-wirja hemm xogħlijiet ta’ Anton Agius, Angelo Agius, Margaret Farrugia, Pauline Micallef u Monica Spiteri. Il-wirja se tkun miftuħa mill-Ħamis 6 ta’ Ottubru sat-Tnejn 31 ta’ Ottubru bejn l-10.00 u nofsinhar u bejn il-5.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow