IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN U L-AVUKAT ĠENERALI JIĊĦDU ALLEGAZZJONIJIET DWAR IL-MANDAT EWROPEW TA’ L-ARREST
pr1429
06/10/2005
| Il-Gvern | jiċħad bil-qawwa kollha l-allegazzjoni li r-Regolamenti dwar il-Mandat Ewropew ta’ l-Arrest m’humiex validi. L-akkuża saret minn persuni li tressqu l-Qorti biex jiġu mibgħuta l-Italja fuq akkużi serji ta’ traffikar ta’ persuni, li uħud minnhom intefgħu l-baħar u mietu. |
| Il-Ministru | tal-Ġustizzja u l-Intern u l-Avukat Ġenerali sostnew, f’nota li ppreżentaw fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, li r-regolamenti dwar il-Mandat Ewropew ta’ l-Arrest ħarġu skond il-Liġi u huma validi taħt l-Att dwar l-Estradizzjoni. |
| Dan | l-Att jagħti s-setgħa lill-Ministru tal-Ġustizzja li joħroġ ordni li kull trattat ta’ estradizzjoni, bħalma hu l-Mandat Ewropew imwaqqaf bi ftehim bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, ikollu effett f’Malta “skond dawk il-kondizzjonijiet u anki modifiki li jiġu speċifikati fl-Ordni”. |
| Il-Mandat | ta’ Arrest Ewropew huwa mezz kif persuni akkużati b’reati serji, bħal involviment fi sfruttar ta’ persuni vulnerabbli għal skopijiet ta’ immigrazzjoni illegali, jgħaddu proċess f’pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea, bla dewmien jew formalità żejda. |
| Dan | ġab miegħu tnaqqis sinifikanti fiż-żmien li fiħ persuna akkużata b’reati serji tintbgħat f’pajjiż ieħor Ewropew. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947