Il-Ministeru tas-Saħħa jiċħad stqarrija tal-MAM
pr1428
05/10/2005
| Il-Ministeru tas-Saħħa | jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) dwar ir-risposta li l-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Louis Degaura ta għad-domanda parlamentari numru 14381, dwar l-investigazzjonijiet li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jagħmel dwar każ ta’ tarbija li mietet fl-Isptar San Luqa. |
| Fl-istqarrija tal-MAM, ġie | allegat li l-Ministru Louis Deguara fir-risposta qal li l-MAM qed timblokka l-kors normali tal-ġustizzja. |
| Dan | assolutament mhux minnu. |
| Il-Ministru | Louis Deguara fir-risposta tiegħu, qal stat ta’ fatt: dak li l-inkjesta ġiet sospiża għax il-MAM ħarġet direttiva biex it-tobba ma jixhdux fl-inkjesta. |
| Ir-risposta | kelma b’kelma li ta l-Ministru hija din: |
| “Ninsab infurmat li f’komunikazzjoni mgħoddija miċ-Chairman | tal-Bord ta’ l-Inkjesta, lid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa, ġie infurmat li l-Bord ta’ Inkjesta issospenda l-investigazzjonijiet tiegħu minħabba l-fatt li t-tobba mgħajta mill-Bord biex jagħtu xhieda, għażlu li ma jixhdux fuq direttiva mogħtija lillhom mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM).” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947