Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg waqt il-Kungress Nazzjonali tal-GWU – GĦAJN TUFFIEĦA - 5.10.2005

pr1427
Date Icon 05/10/2005
Nibdabiex nirringrazzja lill-amministrazzjoni tal-General Workers’ Union ta’ l-istedina biex nindirizza dan il-Kungress Nazzjonali. Din hija l-ewwel esperjenza tiegħi ta’ Kungress ta’ Union peress li mindu sirt Ministru, fl-1995,  ix-xogħol li ġie fdat lili, pulizija, gwardjani tal-ħabs, protezzjoni ċivili, ftit jiġi f’kuntatt ma’ l-Unions tal-pajjiż. L-ewwel ħsieb li ġie f’moħħi huwa li l-iżvilupp tad-demokrazija u l-liberta’ nazzjonali f’pajjiżna mexa id f’id ma’ l-iżvilupp ta’ l-Unions. Fl-1943 fi Pjazza Palma b’Reggie Miller, ma twelditx biss Union , iżda issaħħaħ il-moviment f’pajjiżna biex insiru is-sidien ta’ darna.
Xogħoldiċenti huwa essenzjali biex kull persuna jkollha għixien kif jixirqilha u li biħ tista tmantni l-familja. Ix-xogħol iġib miegħu il-ġid. Ġid ekonomiku għal ħaddiem, għal komunita’ li jgħix fiha, għall-pajjiż. L-istabilta’ ekonomika hija l-bażi li fuqha’ jista jkompli jitkattar il-progress soċjali.
L-apprezzamentli aħna nagħtu lix-xoghol fis-soċjeta’ tagħna hu konfermat mill-Kostituzzjoni li tgħid li Malta hija Repubblika mibnija fuq ix-xogħol. Dan il-fatt jagħraf l-importanza tal-ħaddiem li jwettaq ix-xogħol, kif ukoll ta’ l-investitur jew min iħaddem. Mingħajr wieħed m’hemmx l-ieħor. Ta’ min jisħaq fuq ir-responsabilta’ u l-ħtieġa li l-ħaddiem u min iħaddem jimxu dejjem iktar id f’id biex  jiġu megħluba d-diffikultajiet li dejjem jinqalgħu u biex ir-relazzjoni ta’ bejniethom tissahħaħ. B’hekk igawdi kullħadd.
Kullħaddiem jistenna li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu ikunu l-aħjar possibli. Pero’ ħaddiem ma jistax jara biss il-benefiċji finanzjarji li ser jakkwista fuq medda ta’ xhur, imma jrid ikun għaqli biżżejjed biex jagħraf li l-ħobża ta’ kuljum tiegħu tiddependi fuq l-għixien, anzi s-success ta’ l-intrapriża fejn jaħdem. Is-suċċess ta’ l-intrapriża, illum iktar minn qatt qabel, jiddependi fuq kif min iħaddem, flimkien mal-ħaddiema, jaraw kif jagħmlu biex mhux biss jisfruttaw kull opportunita’ li jkun hemm fis-suq, imma bil-ħila u l-isforzi tagħhom joħolqu huma stess l-opportunitajiet. Illum l-ażjendi Maltin għandhom kompetizzjoni mhux biss fuq livell lokali imma fuq wieħed globali. Ażjenda jirnexxielha tibqa’ fis-suq  u tikber mhux għax hija kbira, imma għax hija kapaċi tadatta ruħha malajr għaċ-ċirkonstanzi li dejjem jinbidlu u għar-realtijiet tas-suq. Din hija s-sitwazzjoni tal-lum. Jew ngħumu flimkien, jew ngħerqu flimkien. L-għażla hija f’idejna.
F’dakli għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-Gvern jemmen li l-ħaddiem għandu jkollu qafas legali li jħarislu l-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol. Sar ħafna xogħol fuq dan. Kif tafu, wara perjodu ta’ konsultazzjoni li inkludiet anke ‘white paper’,  giet imfassla u anke daħlet fis-seħħ il-Liġi Industrijali ġdida, l-Att ta’ l-2002 dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg, bil-parteċipazzjoni tal-Unions kollha tal-pajjiż. Iddaħħlu kunċetti ġodda bħal vittimizazzjoni u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xoghol. Pero’ ma waqafniex hemm,  għax minn dak iż-żmien sa issa, daħlu numru konsiderevoli ta’ Avviżi Legali li komplew taw bixra ġdida lid-dinja tar-relazzjonijiet industrijal f’pajjiżna. Tajjeb li wieħed ifakkar li dan il-proċess sar b’konsultazzjoni sħiħa ma’ l-imsieħba soċjali, permezz tal-Bord għar-Relazzjonijiet ta’ l-Impieg. Fuq dan il-Bord, hemm ukoll rapprezentata il-GWU.
Il-maġġoranzatax-xogħol leġislattiv f’dawn l-Avvizi Legali kien obbligu li daħlet għalih Malta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Ħadt gost nisma kemm il-GWU qed tieħu sehem fi programmi mnedija mill-Unjoni Ewropea sabiex membri tagħha jiġu f’kuntatti ma’ ħaddiema Ewropej. Dan l-obbligu sarraf f’iktar drittijiet lill-ħaddiema u li kompla firex is-safety net li toffri l-liġi lil kull min jaħdem f’Malta. Il-kisba tal-ħaddiem permezz ta’ dawn id-drittijiet ġodda hija waħda li naf li l-unions kif ukoll min iħaddem, jaqblu magħha. Jaqblu għax hemm għarfien li ma jistax ikollok impjiegi ta’ kwalita bi prattiċi ta’ xogħol u kundizzjonijiet ħżiena, bħal ma hemm għarfien li ażjenda ma tirnexxiex jekk ikun hemm abbuż mill-ħaddiema. Jgħarfu li l-ħaddiem motivat u kuntent  jaħdem iktar bil-qalb u jagħti sehem sħiħ biex l-ażjenda timxi l-quddiem.
Kienfrott ta’ qbil bejn l-Imsieħba Soċjali fuq livell Ewropew, li fuqhom ġew imfasslin uħud mid-Direttivi li issa daħlu fil-Liġi Maltija. Eżempji ta’ dawn huma r-regolamenti dwar l-impjegati part-time, u dawk dwar it-terminu ta’ żmien fiss. L-Imsieħba Soċjali Maltin, inkluza l-GWU, issa għandhom leħen u jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom fi tfassil ta’ proposti ġodda anke f’dan il-livell.
Fil-qasamtad-diskriminazzjoni, iddaħħlu regolamenti dwar impjegati li jaħdmu f’Malta, u dawk dwar it-trattament ugwali fl-impieg. Tfasslu regolamenti dwar informazzjoni lill-impjegati, dwar il-Kunsill Ewropew tax-xogħol u dwar l-involviment ta’ l-impjegati f’kumpaniji Ewropej.
Barraminn dawn hemm ukoll regolamenti li jħarsu ħaddiema f’każ ta’ sensji kollettivi, f’każ ta’ trasferiment ta’ intrapriża u f’każ ta’ falliment ta’ min iħaddem.  Jekk wieħed jikkonsidra l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u dik tal-ħajja, daħlu miżuri favur il-familja bid-dħul fis-seħħ ta’ regolamenti dwar dritt ta’ leave għal ġenituri, dawk dwar leave urġenti tal-familja u dawk ta’ l-organizzazjoni tal-ħin tax-xogħol. Dawn huma kisbiet sinifikanti għall-ħaddiema. Għandna inkunu kburin li flimkien wasalna biex għamilnihom u b’hekk tejjibna l-kundizzjoniojiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin.
Il-qasamleġislattiv huwa mportanti ħafna, pero hemm affarijiet oħra li huma  importanti wkoll. Naħseb li  lkoll naqblu li kull persuna għandha tiġi mgħejjuna biex tuża l-potenzjal kollu tagħha. Il-Gvern jemmen li l-edukazzjoni ma tispiċċax meta wieħed jieqaf mill-iskola iżda trid tkompli matul il-bqija ta’ ħajjet l-individwu.   Il-gvern wera bil-fatti li nvesta fil-futur ta’ pajjiżna.  Il-bidla li ksibna fil-qasam edukattiv, wara li student jispiċċa mill-iskola, tista’ isejħilha rivoluzzjoni.  Bidla li fetħet il-bibien ta’ ulied il-ħaddiema fl-Universita’, u fl-istituzzjonijiet edukattivi kollha.  Dil-bidla qerdet l-ixkiel li t-tfal tal-ħaddiema kellhom biex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom, billi ġew żarmati l-ostakoli biex tkompli tistudja bit-tnehhija tan-numerus clausus, u l-introduzzjoni ta’ għajnuna finanzjarja li qed toqrob id-Lm9 miljun lira fis-sena.
Ħaddiemedukat aħjar, isib ix-xogħol li jixraqlu u li jixtieq. M’għadniex ngħixu fid-dinja ta’ erbgħin, ħamsin sena ilu meta wieħed kien jidħol f’xogħol u kien iqatta l-bqija ta’ ħajtu fl-istess impieg, anke jekk ma kienx ikollu x’jagħmel. L-affarijiet inbiddlu, u l-mentalita’ trid tinbidel ukoll. U f’dan ir-rigward, insemmi d-diversi inizzjattivi u programmi li ġew imnedija mill-ETC biex jgħinu lil persuni li huma bla xogħol biex jakkwistaw ħiliet ġodda u biex jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Pero’ dan m’għandux isir biss meta wieħed jisfa bla xogħol imma għandu jkun hemm taħriġ fi kwalunkwe parti taż-żmien li ħaddiem ikun fl-impieg. B’hekk ma jsibhiex bi tqila biex jaqleb minn job għal ieħor, kemm għax ikun f’pożizzjoni li jqabbel fejn jaqbillu, kif ukoll bħala protezzjoni jekk ikun ser jisfa mingħajr xogħol. Bil-mod il-mod, il-ħaddiem, speċjalment dak ta’ eta izgħar, qiegħed jinduna li b’dan il-mod ikunu iktar kapaċi jadatta ruħu għal ċirkostanzi negattivi.
Ix-xogholta’ trejd unionista huwa wieħed diffiċli u delikat. Filwaqt li jrid dejjem jaħdem biex itejjeb il-kundizjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jirrapreżenta, irid izomm saqajħ ma’ l-art. It-tmexxija ta’ sezzjoni jew ta’ l-Union għandha responsabilta kbira biex tagħraf tmexxi lill-ħaddiema f’dak li hu raġjonevoli li jintalab u li jipprova jiġi miksub, u tevita dak li hu esaġerat u li jista’ joħloq konflitt inutli għax ma jkunx realistiku. Biex jagħmel dan ir-rappreżentant tal-ħaddiema jrid ikun għamel sew ix-xogħol preparatorju. Min-naħa l-oħra, min iħaddem għandu d-dmir biex mhux biss jifhem il-pożizzjoni tal-ħaddiema iżda li jkun kostruttiv fil-proposti tiegħu. Irid ikun hemm spirtu ta’ rispett reċiproku u kooperazzjoni, flok antagoniżmu u ebusija.
It-trejdunjoniżmu modern ma jitkejjilx bl-għaġġla li biha tittieħed azzjoni industrijali jew b’kemm l-azzjoni industrijali tittieħed. Jitqies bil-mod kif il-unions jagħrfu jaħdmu ma’ min iħaddem biex fil-waqt li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema dejjem jiġu mtejjba, tikber l-istabbilita ekonomika u b’hekk jiżdied il-progress soċjali f’pajjiżna. Jiena naħseb u nittama li fil-kotra tagħhom, kemm il-Unions kif ukoll min iħaddem kapaċi jsibu dan il-bilanċ delikat u li jerfgħu din ir-responsabilta kbira għal ġid tal-ħaddiema u ta’ l-ekonomija Maltija.
Xhiedata’ dan huma n-numru konsiderevoli ta’ Ftehim Kollettivi, li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaqgħu taħthom, li huma fis-seħħ u li l-imsieħba soċjali Maltin qablu fuqhom liberament. Dawn ilaħħqu l-fuq minn 150.  Sfortunatament kultant ikun hemm kazi fejn qabel jiġu finalliżżati t-trattativi, tinqala xi problema. Fil-verita’ b’xi forma ta’ intervent konċiljatorju anki l-maġġoranza ta’ dawn it-tilwimiet industrijali jiġu riżolti madwar il-mejda. B’negozjar raġjonevoli, li jirrispetta l-problemi li tiffaċċa l-ażjenda u fl-istess ħin jagħti każ ta l-aspirazzjonijiet leġittimi u realistiċi tal-ħadiema, jirbah kulhadd. Irrid ikun hemm ir-rieda tajba u fiduċja bejn iż-żewg partijiet. Il-Gvern jemmen li huwa madwar il-mejda tan-negozzjati li r-relazzjonijiet industrijali ta’ pajjiżna jistgħu ikomplu jitjiebu. Meta naħa jew oħra twebbes rasha għal xejn, jew tippika fuq punti minimi, ir-riżultat hu li ma jirbaħ hadd. Kwalunkwe gwadann minn xi parti ikun bhan nar tat-tiben għax ir-relazzjoni bejn iż-żewg imsieħba soċjali tkun intefghet lura, kultant anki snin. Prezz qares wisq għal kwalunkwe gwadann.
Naħsebli ilkoll naqblu li saru tibdiliet kbar fil-qasam industrijali f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin, tibdiliet li saru mingħajr wisq skossi. Saru bil-kwiet u bil-ghaqal għax kien hemm l-involviment sħiħ ta’ l-imsieħba soċjali. Nemmen li l-affarijiet jimxu l-quddiem u jimxu l-aħjar bl-involviment sħiħ ta’ l-imsieħba soċjali. Il-Gvern jirrikonoxxi s-sehem li tajtu u nirringrazzjawkhom pubblikament tal-kontribut tagħkom biex dan ħalla l-frott mixtieq.
Għadnanibdew it-triq, speċjalment fl-esperjenza tagħna Ewropea u fadlilna ħafna x’nagħmlu u x’nitgħallmu. Sentejn ilu konna pajjiz maqsum dwar l-Unjoni Ewropea. Illum ahna pajjiz maghqud u ahna l-uniku pajjiz li rratifika t-trattat ta’ shubija u anki l-Kostituzzjoni Ewropea b’mod unanimu. Illum ebda barrani ma jista’ jisfrutta il-qasma li kellna. Fuq livell nazzjonali fadal ħafna xogħol xi jsir bhar-riforma tal-pensjonijiet u r-ristrutturar ta’ l-ekonomija. Mhumiex kwistjonijiet faċli iżda il-kontribut tagħkom bħala msieħba soċjali huwa essenzjali biex il-proċess jirnexxi għal ġid tagħna u ta’ uliedna.
It-triqli irridu ngħaddu minnha biex insarrfu l-viżjoni tagħna ta’ xogħol diċenti, ġid ekonomiku u ġustizzja soċjali hija waħda twila u mhux mingħajr diffikultajiet. Flimkien u bil-għajnuna ta’ xulxin, tkun iqsar u eħfef. Għal ġid tal-ħaddiem u tas-soċjeta tagħna. Grazzi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow