JUM IL-HARSIEN TA' L-ANNIMALI
pr1420
04/10/2005
| Fl-okkazjoni ta' Jum San Frangisk, Patrun ta' l-Ekologija u l-Annimali | numru ta' skejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, kemm f'Malta u Ghawdex organizzaw attivitajiet biex jiccelebraw Jum il-Harsien ta' l-Annimali. Din is-sena l-Kunsill ta' l-Ewropa qed jiccelebra s-sena Ewropea tac-Cittadinanza permezz ta' l-Edukazzjoni u ghalhekk l-programm ghall-Harsien ta' l-Annimali (organizzat mid-Dipartiment ghas-Servizzi ghal l-Istudenti u ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali fi hdan id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni), se jkun qed jemfasizza il-valuri tac-cittadinanza permezz tal-programm ta' l-annimali. Il-programm ghall-Harsien ta' l-Annimali huwa programm fil-valuri u jirrikjedi valuri bhar-rispett, r-responsabbiltà u l-impenn biex wiehed jiehu hsieb mhux biss l-annimali domestici imma l-annimali kollha. Minn juri rispett lejn l-annimali, ghandu cans sabih jitghallem jipprattika dan il-valur man-nies ukoll. Fi kliem Mahatma Ghandi - 'Il-progress ta' nazzjon jistà jintaghraf minn kif wiehed jitratta l-annimali ta' pajjizu'. Ghaldaqstant ir-responsabilta' u l-kura ta' l-annimali taghna wkoll hija parti mill-valur tac-cittadinanza. |
| Din is-sena c-celebrazzjoni ufficjali ta' Jum il-Harsien ta' l-Annimali | saret fl-iskola sekondarja tas-subien Guze' Galea, Qormi. Ghal din l-okkazjoni giet organizzata wirja u quddiesa flimkien ma' tberik ta' l-annimali, u wara kien hemm programm ta' attivitajiet fosthom recti u kanzunetti marbutin mal-kura u l-harsien ta' l-annimali. Prezenti kien hemm is-Sinjorina Mary Rose Mifsud, id-Direttur tas-Servizzi ghal l-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. |
| F'din l-attività taw is-sehem taghhom l-Ordni Frangiskana | Konventwali. Prezenti kien hemm ukoll l-organizzazzjonijiet non-governattivi li jahdmu fil-qasam tal-Harsien ta' l-annimali li tellghu wirjiet tax-xoghol siewi li jaghmlu f'dan il-qasam. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947