Left arrow Mur Lura

Formoli għall-assistenza finanzjarja lil studenti Għawdxin

pr1418
Date Icon 04/10/2005

Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jinforma lill-istudenti Għawdxin kollha, li qed isegwu kors full-time fl-Universita’ ta’ Malta, fil-Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST), fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jew f’xi istituzzjoni edukattiva oħra tal-Gvern f’Malta li l-formoli ta’ l-applikazzjonijiet għall-assistenza finanzjarja miżjuda mħabbra l-ġimgħa l-oħra, jistgħu jinġabru.  

L-istudenti jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mir-reception desk tal-Ministeru għal Għawdex, mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, mill-uffiċċju tal-Grupp Universitarju Għawdxi fl-Universita’ ta’ Malta jew inkella jniżżlu kopja mis-sit ta’ l-internet tal-Ministeru, http://www.gozo.gov.mt

Jistgħu jinġabru żewġ tipi ta’ formoli:

·     Formola safra għall-istudenti Universitarji, li permezz tagħha l-istudenti jistgħu jibbenefikaw għall-għajnuna ta’ Lm15 fix-xahar għall-akkomodazzjoni flimkien maż-żieda ta’ Lm35 fix-xahar permezz tar-riforma fl-istipendji mħabbra l-ġimgħa l-oħra (total ta’ Lm50 fix-xahar)

·     Formola roża għall-istudenti ta’ l-MCAST/ITS/xi istituzzjoni oħra edukattiva tal-Gvern, li permezz tagħha studenti jistgħu jibbenefikaw żieda ta’ Lm35 fix-xahar.  

L-istudentiGħawdxin kollha li qed isegwu kors full-time f’Malta jistgħu japplikaw, inkluż studenti li m’humhiex fl-ewwel sena akkademika tagħhom. Flimkien mal-formola ta’ l-applikazzjoni, li għandha tasal għand id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi (Ministeru għal Għawdex) sa mhux aktar tard mill-aħħar t’Ottubru, l-istudenti għandhom jippreżentaw kopja ta’ school leaving certificate li jista’ jkun kemm ta’ l-iskola sekondarja kif ukoll ta’ l-iskola post-sekondarja.
StudentiGħawdxin li qed isegwu kors full-time f’istituzzjoni tal-Gvern f’Malta u li għamlu l-edukazzjoni sekondarja jew post-sekondarja f’Għawdex biss huma eliġibbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow