Formoli għall-assistenza finanzjarja lil studenti Għawdxin
Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jinforma lill-istudenti Għawdxin kollha, li qed isegwu kors full-time fl-Universita’ ta’ Malta, fil-Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST), fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jew f’xi istituzzjoni edukattiva oħra tal-Gvern f’Malta li l-formoli ta’ l-applikazzjonijiet għall-assistenza finanzjarja miżjuda mħabbra l-ġimgħa l-oħra, jistgħu jinġabru.
L-istudenti jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mir-reception desk tal-Ministeru għal Għawdex, mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, mill-uffiċċju tal-Grupp Universitarju Għawdxi fl-Universita’ ta’ Malta jew inkella jniżżlu kopja mis-sit ta’ l-internet tal-Ministeru, http://www.gozo.gov.mt
Jistgħu jinġabru żewġ tipi ta’ formoli:
· Formola safra għall-istudenti Universitarji, li permezz tagħha l-istudenti jistgħu jibbenefikaw għall-għajnuna ta’ Lm15 fix-xahar għall-akkomodazzjoni flimkien maż-żieda ta’ Lm35 fix-xahar permezz tar-riforma fl-istipendji mħabbra l-ġimgħa l-oħra (total ta’ Lm50 fix-xahar)
· Formola roża għall-istudenti ta’ l-MCAST/ITS/xi istituzzjoni oħra edukattiva tal-Gvern, li permezz tagħha studenti jistgħu jibbenefikaw żieda ta’ Lm35 fix-xahar.
| L-istudenti | Għawdxin kollha li qed isegwu kors full-time f’Malta jistgħu japplikaw, inkluż studenti li m’humhiex fl-ewwel sena akkademika tagħhom. Flimkien mal-formola ta’ l-applikazzjoni, li għandha tasal għand id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi (Ministeru għal Għawdex) sa mhux aktar tard mill-aħħar t’Ottubru, l-istudenti għandhom jippreżentaw kopja ta’ school leaving certificate li jista’ jkun kemm ta’ l-iskola sekondarja kif ukoll ta’ l-iskola post-sekondarja. |
| Studenti | Għawdxin li qed isegwu kors full-time f’istituzzjoni tal-Gvern f’Malta u li għamlu l-edukazzjoni sekondarja jew post-sekondarja f’Għawdex biss huma eliġibbli. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947