Left arrow Go Back

Eżerċizzju ta’ konsultazzjoni dwar xogħol fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta

pr1416
Date Icon 03/10/2005
Kienu bosta s-sidien ta’ negozji fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta liwrew is-sodisfazzjon tagħhom mas-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, għall-mod ta’ kif sar ix-xogħol mill-Enemalta, permezz tal-kuntrattur Fenech Bros and Sons (Ta’ Spekna Co. Ltd.), fejn ġie nnutat li x-xogħol tlesta fil-ħin bl-inqas inkonvenjent, kemm għat-traffiku, kemm għall-konsumaturi, kif ukoll għall-istess sidien tal-ħwienet.
Fil-laqgħali s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kellu ma’ dawn is-sidien, huwa ħa l-okkażjoni biex juri s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan il-proġett ta’ installazzjoni ta’ cables ġodda li wassal għat-tisħieħ tal-vultaġġ ta’ l-elettriku li jintuża kemm mill-ħwienet li diġa qegħdin joperaw, kif ukoll għal dawk il-ħwienet li għad iridu jiftħu.
Huwarringrazzja wkoll lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, l-Enemalta, l-GRTU, l-ADT u fuq kollox lill-kuntrattur li ħadem bis-serjeta` kollha biex waqt li x-xogħol ikun għaddej kien hemm l-inqas skumdita` possibli kkawżata minn dan ix-xogħol.

L-Onor. Vassallo qal li “f’dan il-każ, l-esperjenza ta’ dan il-proġett wasslet għas-suċċess, fejn illum bosta sidien ta’ ħwienet fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta, huma sodisfatti għax-xogħol li sar.  Dan grazzi għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-GRTU u l-Kunsill Lokali tal-Mosta, l-Enemalta u l-ADT li dawn l-entitajiet kollha, wara d-diskussjonijiet li kellhom bejniethom, qablu li jikkonsultaw ma’ l-istess sidien tan-negozji li setgħu jiġu affettwati minn dan il-proġett.  Minn din il-konsultazzjoni, is-sidien tal-ħwienet kellhom l-opportunita` li jagħtu l-opinjoni tagħhom, fejn dawn l-istess opinjonijiet wasslu biex ix-xogħol kollu li kien qed jiġi ppjanat li jsir jkun jista’ jsir mingħajr ma’ Triq il-Kostituzzjoni tingħalaq għat-tliet ġimgħat kif kien oriġinarjament ippjanat li jsir.  Grazzi għal din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni, ix-xogħol kollu sar kif kien ippjanat li jsir, it-traffiku baqa’ għaddej mingħajr ma ngħalqet Triq il-Kostituzzjoni.”

Wara din l-esperjenza, is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali u lil kull Awtorita` biex jieħdu dan l-eżempju biex, kemm jista’ jkun, qabel ma jsiru proġetti simili, jkun hemm konsultazzjoni ma’ dawk kollha li ser jiġu milquta.  F’dan ir-rigward, f’dan l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni, il-GRTU għandha rwol importanti x’taqdi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow