Għotjiet ta’ Manteniment – Smart Cards
pr1413
03/10/2005
| Il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti | jixtieq jinforma lill-istudenti li huma ntitolati għal Għotja ta’ Manteniment, li s-sistema ta’ l-iSmart Cards issa hija attivata kompletament u l-istudenti kollha li għandhom card valida fil-pussess tagħhom jistgħu jagħmlu użu minnha fil-ħwienet awtorizzati. |
| L-istudenti li bdew kors fl-Ewwel Sena fl-Universita’ | ta’ Malta u li għandhom card valida wkoll jistgħu jagħmlu użu minnha. Il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti poġġa fil-card ta’ l-istudenti ġodda (li jirċievi isimhom) s-somma ta’ Lm400 irrispettivament mill-kors li se jsegwu. Malli l-Bord jiġi nfurmat min huma dawk l-istudenti li se jsegwu korsijiet li jaqgħu fil-kategorija ta’ Korsijiet Speċjali skond it-tibdil li tħabbar riċentement fis-sistema ta’ l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, il-cards ta’ studenti f’dawn il-korsijiet jiżdidulhom bl-ammonti li huma ntitolati għalihom. |
| Barra minn dan, malli l-Bord jirċievi u jipproċessa | l-applikazzjonijiet ta’ l-istudenti ta’ l-Ewwel Sena fl-Universita’ li applikaw għal Għotjiet Supplementari, dawk li jikkwalifikaw ukoll ikollhom il-card tagħhom aġġornat bi ħlas addizzjonali kif stipulat fir-regolamenti l-ġodda. |
| F’każ ta’ diffikultajiet | l-istudenti huma mitluba jmorru fl-Uffiċċju ta’ l-Istipendji ta’ l-istituzzjoni edukattiva li jattendu u jagħmlu rapport biex dawn id-diffikultajiet ikunu solvuti mill-aktar fis. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947