Nilqgħu Kontra l-Influwenza
pr1412
03/10/2005
| Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza | lill-pubbliku li l-vaċċin kontra l-influwenza li jingħata regolarment kull sena wasal u ser jibda jingħata minn nhar il-Ħamis 6 t’ Ottubru; u jkun jista jibqa jittieħed sa Diċembru 2005. Din is-sena l-Gvern ordna vaċċin bizzejjed biex iservi għal kull min huwa intitolat. |
| Dawk kollha li huma ntitolati għal dan il-vaċċin mingħajr ħlas, | jistgħu minn nhar il-Ħamis 6 t’ Ottubru jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa skond l-iskeda t’hawn taħt. |
| It-tilqim jista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa | tal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua, Rabat u B’Kara, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 10.00 am u s-1.30 pm, u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00 am u nofsinnhar. |
| Għar-residenti Għawdxin, it-tilqim tal-influwenza | jngħata miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 8.00 am u 12.00 am. Dan il-vaċċin jista’ jittieħed minn kulħadd ‘il fuq minn sitt xhur, izda d-Dipartiment ser joffriħ bla ħlas lil dawn il-kategoriji ta’ nies: |
| 1. Kull | min għandu aktar minn 55 sena. |
| 2. Persuni | fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu f’kuntatt dirett mal-pazjenti. |
| 3. Persuni | li huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet. |
| 4. Persuni | ta’ kull eta’ li jbagħtu minn: |
| Mard kroniku tal-Pulmun (bhal astma, mard | tal-bronki, eċċ). Mard kroniku tal-qalb. Mard kroniku tal-fwied. Mard kroniku tal-kliewi. Kull min għandu d-dijabete u Kull min għandu immunodefiċenza, inkluz l-AIDS jew kanċer. |
| 5. Persuni | li jbagħtu minn dizabilita’ |
| Dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 55 sena li | jixtiequ jitlaqqmu kontra l-influwenza jistgħu wkoll jgħarrfu l-uffiċjali nkarigati fil-Kunsilli Lokali tagħhom, sabiex fejn qed jingħata dan is-servizz, ikunu jistgħu jiġu mlaqqma fil-kumdita’ tal-lokal tagħhom. |
| Dawk l-anzjani jew dawk li jbatu minn xi mard kroniku | ndikat hawn fuq, li minħabba problemi fiziċi ma jistgħux joħorġu mid-dar, għandhom jagħmlu uzu mis-servizz tal-MMDNA biex jitlaqqmu. |
| Peress illi din is-sena huwa mistenni li ser jkun | hemm numru akbar mis-soltu li ser jirrikorru għal din it-tilqima kontra l-influenza, id-Dipartiment javza lil dawk l-ommijiet li jixtiequ jieħdu t-trabi tagħhom biex jirċievu t-tilqim tat-tfulija, sabiex imorru fiċ-ċentri tas-saħħa qabel l-10.00 am. |
| Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment | billi jmur għat-tilqim fil-ħinijiet imsemmija, jipprezenta l-Karta ta’ l-Identita’, u f’kaz ta’ persuni li għandhom inqas minn 55 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi jew għandhom dizabilita’, jieħdu ukoll ċertifikat ta’ evidenza li qed ibatu minn dawn il-kundizzjonijiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947