Left arrow Go Back

Nilqgħu Kontra l-Influwenza

pr1412
Date Icon 03/10/2005
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javzalill-pubbliku li l-vaċċin kontra l-influwenza li jingħata regolarment kull sena wasal u ser jibda jingħata minn nhar il-Ħamis 6 t’ Ottubru; u jkun jista jibqa jittieħed sa Diċembru 2005.  Din is-sena l-Gvern ordna vaċċin bizzejjed biex iservi għal kull min huwa intitolat.
Dawk kollha li huma ntitolati għal dan il-vaċċin mingħajr ħlas,jistgħu minn nhar il-Ħamis 6 t’ Ottubru jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa skond l-iskeda t’hawn taħt.
It-tilqim jista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħatal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua, Rabat u B’Kara, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 10.00 am u s-1.30 pm, u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00 am u nofsinnhar.
Għar-residenti Għawdxin, it-tilqim tal-influwenzajngħata miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 8.00 am u 12.00 am.  Dan il-vaċċin jista’ jittieħed minn kulħadd ‘il fuq minn sitt xhur, izda d-Dipartiment ser joffriħ bla ħlas lil dawn il-kategoriji ta’ nies:
1.   Kullmin għandu aktar minn 55 sena.
2.   Persunifil-qasam tas-saħħa li jaħdmu f’kuntatt dirett mal-pazjenti.
3.   Persunili huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet.
4.   Persunita’ kull eta’ li jbagħtu minn:
Mard kroniku tal-Pulmun (bhal astma, mardtal-bronki, eċċ).       Mard kroniku tal-qalb.       Mard kroniku tal-fwied.       Mard kroniku tal-kliewi.       Kull min għandu d-dijabete u       Kull min għandu immunodefiċenza, inkluz l-AIDS jew kanċer.
5.   Persunili jbagħtu minn dizabilita’
Dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 55 sena lijixtiequ jitlaqqmu kontra l-influwenza jistgħu wkoll jgħarrfu l-uffiċjali nkarigati fil-Kunsilli Lokali tagħhom, sabiex fejn qed jingħata dan is-servizz, ikunu jistgħu jiġu mlaqqma fil-kumdita’ tal-lokal tagħhom.
Dawk l-anzjani jew dawk li jbatu minn xi mard kronikundikat hawn fuq, li minħabba problemi fiziċi ma jistgħux joħorġu mid-dar, għandhom jagħmlu uzu mis-servizz tal-MMDNA biex jitlaqqmu.
Peress illi din is-sena huwa mistenni li ser jkunhemm numru akbar mis-soltu li ser jirrikorru għal din it-tilqima kontra l-influenza, id-Dipartiment javza lil dawk l-ommijiet li jixtiequ jieħdu t-trabi tagħhom biex jirċievu t-tilqim tat-tfulija, sabiex imorru fiċ-ċentri tas-saħħa qabel l-10.00 am.
Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartimentbilli jmur għat-tilqim fil-ħinijiet imsemmija, jipprezenta l-Karta ta’ l-Identita’, u f’kaz ta’ persuni li għandhom inqas minn 55 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi jew għandhom dizabilita’, jieħdu ukoll ċertifikat ta’ evidenza li qed ibatu minn dawn il-kundizzjonijiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow