Ko-ordinaturi għall-Kulleġġi l-Ġodda Magħżulin
pr1406
03/10/2005
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, | Dr Louis Galea ħabbar il-Ko-ordinaturi ta’ l-erba’ proġetti pilota fir-riforma edukattiva. Dawn il-proġetti pilota jikkonsistu fit-twaqqif tal-Kulleġġ tal-Kottonera, il-Kulleġġ ta’ Għawdex, il-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, u n-‘networking’ bejn l-iskejjel speċjali flimkien mat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport ‘Spiteri’. |
| Is-Sur | George Borg huwa l-Ko-ordinatur ta’ l-iskejjel speċjali u l-edukazzjoni nklussiva, is-Sur Frank Gatt il-Ko-ordinatur tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, is-Sinjorina Salvina Muscat se tkun il-Ko-ordinatriċi tal-Kulleġġ tal-Kottonera, u s-Sinjorina Marilyn Sciortino, il-Ko-ordinatriċi tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop. |
| L-erba’ | Ko-ordinaturi huma kollha edukaturi ta’ esperjenza twila fil-qasam edukattiv, l-aktar fit-tagħlim fil-klassijiet u tmexxija ta’ skejjel u ntgħażlu wara sejħa għal applikazzjonijiet. Il-Ko-ordinaturi, li huma Assistenti Diretturi fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, ingħataw inkariku (assignment) għal perjodu ta’ tnax-il xahar bl-iskop li jmexxu l-proġett fdat lilhom. |
| Il-proġett | pilota se jitwettaq tul din is-sena skolastika u se jibda jimplimenta diversi elementi ewlenin tar-riforma. Waqt din is-sena se jkun hemm evalwazzjoni bl-iskop li titħejja aħjar t-tieni fażi tat-twettiq tar-riforma. Il-mira ta’ dawn l-iżviluppi hi titjib fil-kwalità ta’ edukazzjoni li noffru lit-tfal Maltin u Għawdxin. Il-Ministru Galea spjega li filwaqt li se jibda l-proġett pilota, se jkompli l-proċess ta’ diskussjoni ma’ dawk involuti, inkluż n-negozjati ma’ l-unjon ta’ l-għalliema, l-MUT. Ir-rwol tal-Ko-ordinatur fil-proġett pilota se jwitti t-triq għall-introduzzjoni tal-pożizzjoni ta’ Prinċipal fil-Kulleġġi. |
| Il-Ministru | Louis Galea ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se joħorġu sejħiet għall-applikazzjoni għall-amministraturi u ‘precincts officers’ fil-Kulleġġi. L-introduzzjoni ta’ dawn iż-żewġ karigi se tfisser li l-Ko-ordinaturi flimkien mal-Kapijiet ta’ l-iskejjel se jkunu jistgħu jikkonċentraw aktar fuq ir-rwol tagħhom ta’ mexxejja edukattivi. Il-Ministru Galea sostna l-ħtiega li jkun hemm aktar sorveljanza tal-proċessi u l-kwalità tat-tagħlim fil-klassi bl-iskop li jsiru magħrufa aħjar l-appoġġ u d-direzzjoni li l-għalliema jkollhom bżonn. B’hekk jogħla l-livell ta’ tagħlim, jiggwadanja l-istudent. |
| Il-Ko-ordinatur | se jkun ibbażat fl-iskejjel li jikkostitwixxu l-Kulleġġ mmexxi minnhom u se jibdew jintroduċu l-kunċett ta’ ‘networking’ biex il-ħidma ta’ l-iskejjel issir aktar qrib ta’ xulxin, bi skambju ta’ l-esperjenzi pożittivi u anke dawk negattivi, sejbien ta’ soluzzjonijiet flimkien, u b’użu aħjar ta’ riżorsi bl-iskop li jiżdiedu s-servizzi edukattivi offruti lill-istudenti. |
| Il-Ministru | Galea spjega li l-Ko-ordinaturi huma kollha nies uffiċjali kompetenti fil-qasam edukattiv u jistgħu jkunu ta’ għajnuna u ta’ appoġġ tekniku lill-Kapijiet fit-tifsil u twettiq tal-pjan ta’ kull skola. Il-Ko-ordinatur se jkun qed jiffaċilita proċess fejn il-Kapjijet ta’ l-iskejjel fil-Kulleġġ jiltaqgħu u jiddentifikaw flimkien il-prioritajiet u jaħdmu biex itejbu l-livell ta’ edukazzjoni. Din l-esperjenza se tagħti l-ispazju li l-iskejjel jipprovdu servizzi indirizzati aħjar skond il-bżonnijiet tat-tfal f’oqsma diversi. |
| Il-Ministru | Galea spjega li dan il-proġett pilota u diversi proposti oħra fir-riforma se jġib miegħu qabża fil-kwalità ta’ l-edukazzjoni. Il-mira tar-riforma hi li kull tifel u tifla jimxi minn stadju għall-ieħor fl-esperjenza edukattiva mill-kinder sas-sekondarja bl-anqas skossi possibbli. Ir-riforma għandha tiffaċilita li l-istudenti jkollhom sillabi ndirizzati aħjar lejn il-ħiliet diversi tagħhom. “Importanti li lil kull student Malti nipprovdulu programm edukattiv li hu skond il-kapaċita edukattiva tiegħu jew tagħha, u li nagħmlu minn kollox biex kull student jilħaq il-potenzjal massimu,” qal Dr Galea. |
| Il-Koordinaturi | huma mistennija li jieħdu inizzjativi ġodda, jmexxu tim bl-aktar mod effettiv, u li jwasslu għal deċiżjonijiet edukattivi li jtejjbu l-kwalità ta’ l-edukazzjoni provduta. Il-Ministru Galea spjega kif f’diskors li diġa kellu ma’ l-ogħla awtoritajiet tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, ġew identifikati oqsma li din is-sena se jirċievu attenzjoni partikolari, speċjalment fil-Kulleġġi. Dr Galea emfasizza li fil-Kulleġġi se jibdew jiġu ntrodotti metodi ġodda ta’ operat u proviżjoni li huma mmirati li jtejbu l-livell ta’ litteriżmu, jżidu l-livell ta’ attendenza fl-iskola, jtejbu id-dixxiplina, u jintroduċu aktar programmi wara l-ħin ta’ l-iskola. |
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni żied jgħid li peress li d-deċiżżjonijiet edukattivi se jibdew jittieħdu aktar viċin l-għeruq, għandha tonqos il-burokrazija bla bżonn, jiżdied l-appoġġ fl-iskejjel, u l-aktar importanti tipprovdi edukazzjoni aħjar lill-istudenti tagħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947