OPEN DAY TAL-FORZI ARMATI
pr1405
02/10/2005
| L-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh u | Mpjiegi, L-Onor. Louis Galea dalghodu zar il-Kwartieri Generali tal-Forzi Armati ta' Malta (FAM) f'Hal Luqa, fl-okkazjoni ta' l-Open Day, li giet organizzata illum f'Hal Luqa; u li ghaliha attendew numru kbir ta' Maltin bejn tfal, zghazagh u adulti. |
| Il-Ministru Galea intlaqa' mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' | Malta, l-Brigadier Carmelo Vassallo u gie mdawwar ma' diversi padiljuni, li juru l-hidma diversa tas-suldati u l-ufficjali tal-Forzi Armati Maltin. Huwa assista wkoll ghal ezercizzju maghruf bhala r-"Rapid Deployment Team - Fast Roping Display". |
| Il-Ministru Galea wassal lill-Brigadier Vassallo l-apprezzament u r-ringrazzjament | tal-Gvern ghas-servizz u l-hidma qawwija li l-Forzi Armati Maltin qeghdin iwettqu fl-interess tal-poplu Malti, biex iharsulu s-sigurtà tieghu. Il-Ministru Galea qal li l-poplu Malti u Ghawdxi kollhu huwa rikonoxxenti ghall-impenn u d-dedikazzjoni ta' l-Armata fl-interess tal-poplu taghna. |
| Il-Ministru Galea sostna li l-Gvern il-hin kollhu huwa konxju | tas-sitwazzjonijiet godda u difficli li l-Armata, kif ukoll il-Pulizija qed jiffaccjaw f'dawn iz-zminijiet. |
| Filwaqt li rringrazzja lill-Forzi Armati Maltin, fahhar il-hidma | professjonali taghha u nkoragixxa lill-membri u lill-ufficjali kollha tal-Forzi Armati biex jibqghu dedikati ghas-servizz tal-poplu f'harsien shih tal-ligijiet ta' pajjizna u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947