Left arrow Go Back

OPEN DAY TAL-FORZI ARMATI

pr1405
Date Icon 02/10/2005
L-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh uMpjiegi, L-Onor. Louis Galea dalghodu zar il-Kwartieri Generali tal-Forzi Armati ta' Malta (FAM) f'Hal Luqa, fl-okkazjoni ta' l-Open Day, li giet organizzata illum f'Hal Luqa; u li ghaliha attendew numru kbir ta' Maltin bejn tfal, zghazagh u adulti.
Il-Ministru Galea intlaqa' mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta'Malta, l-Brigadier Carmelo Vassallo u gie mdawwar ma' diversi padiljuni, li juru l-hidma diversa tas-suldati u l-ufficjali tal-Forzi Armati Maltin. Huwa assista wkoll ghal ezercizzju maghruf bhala r-"Rapid Deployment Team - Fast Roping Display".
Il-Ministru Galea wassal lill-Brigadier Vassallo l-apprezzament u r-ringrazzjamenttal-Gvern ghas-servizz u l-hidma qawwija li l-Forzi Armati Maltin qeghdin iwettqu fl-interess tal-poplu Malti, biex iharsulu s-sigurtà tieghu. Il-Ministru Galea qal li l-poplu Malti u Ghawdxi kollhu huwa rikonoxxenti ghall-impenn u d-dedikazzjoni ta' l-Armata fl-interess tal-poplu taghna.
Il-Ministru Galea sostna li l-Gvern il-hin kollhu huwa konxjutas-sitwazzjonijiet godda u difficli li l-Armata, kif ukoll il-Pulizija qed jiffaccjaw f'dawn iz-zminijiet.
Filwaqt li rringrazzja lill-Forzi Armati Maltin, fahhar il-hidmaprofessjonali taghha u nkoragixxa lill-membri u lill-ufficjali kollha tal-Forzi Armati biex jibqghu dedikati ghas-servizz tal-poplu f'harsien shih tal-ligijiet ta' pajjizna u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow