Traġedja għall-Komunita’ tal-Qrendi
pr1404
01/10/2005
| Il-Ministru Louis Galea li bħalissa huwa l-Aġent Prim Ministru żar | il-familji fil-Qrendi li sofrew it-traġedja tat-telfa ta’ uliedhom żgħażagħ fl-inċident tas-siegħat bikrin tas-Sibt, filgħodu. Huwa żar ukoll fl-isptar San Luqa lill-persuni midruba. |
| Aktar | qabel, il-Ministru Galea informa lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg bid-dettalji tat-traġedja, l-agħar waħda li sofra l-Qrendi mill-gwerra ‘l hawn. |
| Il-Prim | Ministru u l-Viċi Prim Ministru li jinsabu msiefrin fuq xogħol tal-Gvern talbu lill-Ministru Galea iwassal is-sogħba kbira tagħhom u tal-Gvern għat-telfa li ġarrbu il-familji taż-żgħażagħ, il-komunità kollha tal-Qrendi, u s-soċjetà tal-Banda Sta. Marija li tagħha, l-vittmi kienu parti mill-kumitat taż-żgħażagħ. |
| Il-Ministru | Louis Galea esprima s-sogħba kbira tiegħu u kull solidarjetà lil dawn il-familji li trabba u kiber magħhom u offra lil dawn il-familji l-għajnuna kollha li l-Gvern jista’ jagħti f’ċirkostanzi traġiċi bħal dawn. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947