Laqgħat pubbliċi ta’ diskussjoni bi preparazzjoni għall-Budget 2006
pr1403
01/10/2005
| Il-Ministeru | tal-Finanzi jixtieq jinforma lill-pubbliku li se jorganizza serje ta’ laqgħat pubbliċi ta’ diskussjoni bi preparazzjoni għall-Budget 2006. Dawn il-laqgħat ser iservu sabiex il-Gvern jisma r-reazzjonijiet u l-proposti tal-pubbliku dwar dak li ġie propost fil-pubblikazzjoni tad-“Dokument ta’ Qabel il-Budget”. |
| Il-perjodu li fih | individwi, soċjetajiet, kumpaniji, u korpi kostitwiti setgħu jibgħatu r-reazzjonijiet tagħhom għal dan id-dokument għalaq fit-30 ta’ Settembru 2005. Il-Gvern diġa’ qed janalizza dawn ir-reazzjonijiet u jevalwa l-proposti li sarulu. |
| Biex tkompli tissaħħaħ | il-politika ta’ konsultazzjoni, fejn kullħadd ikollu d-dritt li jressaq il-proposti tiegħu, il-Gvern ser ikompli jiltaqa’ direttament mal-pubbliku permezz ta’ dawn il-laqgħat. Il-laqgħat pubbliċi ta’ diskussjoni bit-tema Budget 2006 – Parteċipazzjoni u Diskussjoni biex Int Tgħix Aħjar ser ikunu mmexxija mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor. Tonio Fenech. Dawn il-laqgħat ser isiru kif ġej : |
| Fis-Sala | tal-Kunsill Lokali, B'Kara |
| It-Tlieta 4 ta’ | Ottubru 2005 fis-7:30 pm |
| Lokalitajiet | mistiedna : |
| Balzan, | B’Kara, Floriana, Gżira, Ħamrun, Iklin, Lija, Marsa, Msida, Pembroke, Pieta, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Venera, Sliema, Swieqi, Ta’ Xbiex, u Valletta. |
| Fil-Ministeru | għal Għawdex, Rabat, Għawdex |
Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru 2005 fl-10:00 am
Lokalitajiet mistiedna :
Il-lokalitajiet kollha ta’ Għawdex, u Kemmuna.
| Fir-Razzett | tal-Ħbiberija, Wied il-Għajn |
| L-Erbgħa 12 ta’ | Ottubru 2005 fis-7:30 pm |
| Lokalitajiet | mistiedna : |
| Birgu, B’Buġia, | Bormla, Fgura, Għaxaq, Gudja, Isla, Kalkara, Kirkop, Luqa, M’Xlokk, Mqabba, Qrendi, Raħal Ġdid, Safi, Santa Luċija, Tarxien, Wied il-Għajn, Xgħajra, Żabbar, Żejtun, u Żurrieq. |
| Fis-Sala | tal-Oratorju, Naxxar |
| Il-Ħamis 13 ta’ | Ottubru 2005 fis-7:30 pm |
| Lokalitajiet | mistiedna : |
| Attard, Dingli, | Għargħur, Mdina, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mtarfa, Naxxar, Qormi, Rabat , San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, u Żebbuġ. |
| Għaldaqstant | il-pubbliku huwa mistieden sabiex jattendi għal dawn il-laqgħat, skond il-lokalita’ li jgħix fiha, u jipparteċipa fid-diskussjoni li ser ikun hemm. Il-Ministeru tal-Finanzi ser jieħu nota tar-reazzjonijiet u l-proposti li jsiru waqt dawn il-laqgħat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947