Left arrow Go Back

Laqgħat pubbliċi ta’ diskussjoni bi preparazzjoni għall-Budget 2006

pr1403
Date Icon 01/10/2005
Il-Ministerutal-Finanzi jixtieq jinforma lill-pubbliku li se jorganizza serje ta’ laqgħat pubbliċi ta’ diskussjoni bi preparazzjoni għall-Budget 2006. Dawn il-laqgħat ser iservu sabiex il-Gvern jisma r-reazzjonijiet u l-proposti tal-pubbliku dwar dak li ġie propost fil-pubblikazzjoni tad-“Dokument ta’ Qabel il-Budget”.
Il-perjodu li fihindividwi, soċjetajiet, kumpaniji, u korpi kostitwiti setgħu jibgħatu r-reazzjonijiet tagħhom għal dan id-dokument għalaq fit-30 ta’ Settembru 2005. Il-Gvern diġa’ qed janalizza dawn ir-reazzjonijiet u jevalwa l-proposti li sarulu.
Biex tkompli tissaħħaħil-politika ta’ konsultazzjoni, fejn kullħadd ikollu d-dritt li jressaq il-proposti tiegħu, il-Gvern ser ikompli jiltaqa’ direttament mal-pubbliku permezz ta’ dawn il-laqgħat. Il-laqgħat pubbliċi ta’ diskussjoni bit-tema Budget 2006 – Parteċipazzjoni u Diskussjoni biex Int Tgħix Aħjar ser ikunu mmexxija mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor. Tonio Fenech. Dawn il-laqgħat ser isiru kif ġej :
Fis-Salatal-Kunsill Lokali, B'Kara
It-Tlieta 4 ta’Ottubru 2005 fis-7:30 pm
Lokalitajietmistiedna :
Balzan,B’Kara, Floriana, Gżira, Ħamrun, Iklin, Lija, Marsa, Msida, Pembroke, Pieta, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Venera, Sliema, Swieqi, Ta’ Xbiex, u Valletta.
Fil-Ministerugħal Għawdex, Rabat, Għawdex

Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru 2005 fl-10:00 am

Lokalitajiet mistiedna :

Il-lokalitajiet kollha ta’ Għawdex, u Kemmuna.  

Fir-Razzetttal-Ħbiberija, Wied il-Għajn
L-Erbgħa 12 ta’Ottubru 2005 fis-7:30 pm
Lokalitajietmistiedna :
Birgu, B’Buġia,Bormla, Fgura, Għaxaq, Gudja, Isla, Kalkara, Kirkop, Luqa, M’Xlokk, Mqabba, Qrendi, Raħal Ġdid, Safi, Santa Luċija, Tarxien, Wied il-Għajn, Xgħajra, Żabbar, Żejtun, u Żurrieq.
Fis-Salatal-Oratorju, Naxxar
Il-Ħamis 13 ta’Ottubru 2005 fis-7:30 pm
Lokalitajietmistiedna :
Attard, Dingli,Għargħur, Mdina, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mtarfa, Naxxar, Qormi, Rabat , San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, u Żebbuġ.
Għaldaqstantil-pubbliku huwa mistieden sabiex jattendi għal dawn il-laqgħat, skond il-lokalita’ li jgħix fiha, u jipparteċipa fid-diskussjoni li ser ikun hemm. Il-Ministeru tal-Finanzi ser jieħu nota tar-reazzjonijiet u l-proposti li jsiru waqt dawn il-laqgħat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow