Il-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TA’ L-ISTATI UNITI
pr1401
01/10/2005
| Il-Prim | Ministru Lawrence Gonzi, llum ħalla Malta għal Washington fejn se jiltaqa’ mal-President ta’ l-Istati Uniti, George W. Bush. Huwa se jiltaqa’ wkoll maċ-chairman tal-Kumitat għar-Relazzjonijiet Esterni tas-Senat, is-Senatur Richard Lugar. Matul iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru mistenni jiltaqa’ ma’ investituri Amerikani kif ukoll ma’ Maltin residenti f’Washington. |
| Il-Prim | Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, il-kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi u l-Ko-ordinatur tal-Proġetti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Leonard Callus. |
| Il-Prim Ministru | huwa mistenni lura Malta nhar il-Ħamis, 6 ta’ Ottubru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947