Left arrow Go Back

Industrja li tixpruna ’l quddiem lill-ekonomija

pr1397
Date Icon 30/09/2005
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech il-bieraħ inawgura “The Modern Interiors Fair” fl-Eden Arena. Din il-fiera se tibqa’ miftuħa sat-2 ta’ Ottubru. Din tinkludi fiha għamara lokali u ta’ barra, tagħmir high-tech, kmamar tal-banju u kċejjen.
Il-Ministrugħat-Turżimu u Kultura qal li teżisti rabta bejn l-industrja tal-għamara, kmamar tal-banju u affarijiet oħra relatati mad-djar u s-settur tal-bini. Hu qal li kienet teżisti wkoll rabta bejn il-livell tal-għajxien u s-settur tal-bini.
FrancisZammit Dimech qal li ħadd ma jista’ jiċħad li l-livell tal-għajxien għola kif ħadd ma jista’ jiċħad li l-Maltin illum qed ifittxu li jkollhom id-djar tagħhom u li dawn ikunu attraezzati bl-aktar tagħmir modern.
Bil-liberalizazzjonital-kummerċ qed jidħlu minn barra kull tip ta’ għamara. Hu qal li bit-tneħħija tal-levies u s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet ta’ oġġetti mpurtati minn barra roħsu u għalhekk kibret il-kompetizzjoni għall-prodotti maħduma lokalment. Hu qal li llum din il-kompetizzjoni wasslet biex il-Maltin qed jixtru għamara u dak kollu marbut mad-djar bi prezzijiet orħos u f’għażla aktar wiesgħa.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-Maltin huma fost l-aktar popli li għandhom d-djar fejn igħixu tagħhom. Hu qal li l-Maltin dejjem emmnu li l-investiment fil-bini hu l-aqwa investiment  li anke meta l-proprjeta’ ma tibqax titla’ fil-prezz anqas tmur lura.
FrancisZammit Dimech qal li mill-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-ewwel kwart ta’ din is-sena jirriżulta li l-valur monetarju  tad-djar f’Malta fl-1995 kien ta’ Lm21.4 biljun filwaqt li fl-2004 il-valur bi prezzijiet tas-suq aktar minn irdoppja għal Lm44.5 biljun. Hu qal li r-relazzjoni bejn il-valur tal-proprjeta’ u l-ġid nazzjonali kienet ta’ 17.5 darbiet il-Prodott Gross Domestiku fl-1996 u telgħet għal 24 darba fl-2004. Hu qal li dawn iċ-ċifri jindikaw għaliex il-valur medju tad-djar kiber bir-rata li kiber meta fl-1987 dan kien ta’ Lm15,509; fl-1996 kien ta’ Lm40,963 filwaqt li fl-2004 tela’ għal 78,690.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li s-settur tal-kostruzzjoni kien wieħed mill-aktar setturi ekonomiċi importanti għaliex miegħu kien jiġbed ħafna snajja u eluf ta’ impjiegi. Hu qal li l-għamara, il-kmamar tal-banju, il-kċejjen, it-tagħmir high tech, id-dekorazzjoni tad-djar kienu kollha marbuta ma’ djar li qed jinbnew u ma’ djar li qed jiġu modernizzata. Hu qal li dawn kienu jiffurmaw ċirku virtuż li kien jimbotta ’l quddiem l-ekonomija u jagħmilha waħda aktar dinamika u f’saħħitha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow