Left arrow Mur Lura

Ħidma biex tinxtered aktar l-arti u l-kultura

pr1396
Date Icon 30/09/2005
Metanieda l-programm staġjonali 2005/6 tat-Teatru Manoel, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li t-Teatru Manoel hu ċentru ta’ opri liriċi, kunċerti u rappreżentazzjonijiet teatrali ta’ l-ogħla  livell. Hu qal li fit-Teatru Manoel minn wara l-aħħar gwerra dinjija twettqu diversi proġetti li għamlu minn dan il-bini kumpless teatrali.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li dan il-kumpless minbarra t-teatru jinkludi s-Sala Isouard u l-loġġa fejn jittellgħu attivitajiet kulturali; il-bitħa li tgħattiet b’saqaf li jista’ jinfetaħ  u li tintuża għal wirjiet u attivitajiet oħra; il-bini ta’ tliet studio apartments u l-‘wardrobe’ fi Triq Żekka. Ser jinbnew ukoll ‘dressing rooms’ ġodda u kmamar għal rehearsals li waħda minnhom ser tkun l-istess daqs tal-palk.
Il-MinistruZammit Dimech qal li fit-teatru  bħalissa qed jsir xogħol ta’ restawr minn Sante Guido u l-grupp ta’ restawraturi li jaħdmu miegħu. Hu qal li wara xogħol ta’ restawr fil-panewijiet tal-palketti bħalissa qed isir restawr fuq il-proxenju. Dan il-proġett hu parzjalment finanzjat mill-Malta International Airport.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li t-Teatru Manoel hu ċentru ta’ kultura u  arti. Huwa wkoll post mimli storja. Dan it-teatru nbena mill-Granmastru Antonio Manoel de Vilhena fl-1731 u serva bħala ċ-ċentru teatrali  ta’ pajjiżna sakemm inbena t-Teatru Irjal u reġa’ ħa post ċentrali meta waqa’ t-Teatru Rjal fl-aħħar gwerra dinjija. Għalhekk it-Teatru Manoel hu llum ukoll attrazzjoni turistika mhux biss għas-settur ta’ turisti kulturali iżda wkoll għal viżitaturi li jiġu Malta għal raġunijiet oħra bħal konferenzi u negozju.
Il-MinistruZammit Dimech qal li din is-sena wkoll il-management tat-Teatru Manoel kien ħejja programm vast ta’ attivitajiet li minn dan ix-xahar jibqgħu sejrin sa Ġunju 2006. Hu qal li dawn jinkludu l-Festival ta’ l-Opera tat-Teatru Manoel; programmi mtella’ mill-Orkestra Nazzjonali; il-festi tal-Milied li jinkludu Pantomina; kunċerti vokali, strumentali u orkestrali; kunċerti fuq il-vjolin u l-pjanu; kunċert mill-istudenti; teatru; kummiedja; plays ta’ William Shakespeare, programm minn banda lokali; lejl ta’ żfin kontemporanju Franko-Tedesk; wirjiet; u tribut għall-mużika ta’ Charles Camilleri.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li t-Teatru Manoel kien se jagħti wkoll il-parti tiegħu għal-Laqgħa  ta’ Kapijiet  tal-Gvern tal-Commonwealth(CHOGM). Hu qal li dawn l-attivitajiet jinkludu ‘The Commonwealth Resounds’, avveniment spettakolari mużikali multi-kulturali li se jipparteċipaw fih aktar minn 100 mużiċista mill-Commonwealth. Hu qal li r-Royal Overseas League se tippreżenta il-Micallef-Inango piano duo, is-sopran Sud Afrikan Joyce Moholoagae, il-pjanista Andrew Aoarons u s-sassofonista Awstraljaa Amy Dickson.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li kien ta’ pjaċir għalih li fil-belt Valletta llum kellna tliet kumplessi teatrali bl-iskop li jxerrdu l-arti u l-kultura. Hu qal li l-programmi li qed itellgħu t-Teatru Manoel, iċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran u l-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru għall-Kreattivita’, huma xhieda tal-ħidma kbira li qed titwettaq biex tikber il-kultura f’pajjiżna u titressaq aktar qrib l-poplu.
FrancisZammit Dimech qal li ż-żgħażagħ Maltin illum għandhom il-mezzi biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Il-Gvern preżenti kien se jkompli jaħdem biex dawn il-mezzi jiżviluppaw  ħalli l-arti u l-kultura f’Malta jissaħħu.
Il-MinistruZammit Dimech qal li llum huwa permezz tal-kultura u l-arti li wieħed jista’ jkejjel il-progress ta’ nazzjon. Hu qal li nazzjon żagħżugħ kien joħroġ l-enerġija u l-ferħ tiegħu f’attitivitajiet teatrali u kulturali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow