IL-GVERN SODISFATT LI L-PARTIT LABURISTA ISSA HU FAVUR IL-PRIVATIZZAZZJONI TAS-SEA MALTA
pr1393
30/09/2005
| Il-Gvern | jesprimi sodisfazzjon li l-Partit Laburista bidel il-pożizzjoni oriġinali tiegħu li l-Gvern irid bil-fors ikun is-sid tas-Sea Malta . F’kummenti pubbliċi tal-Kelliem Laburista dwar l-Industrija u Investiment Pubbliċi, l-Onor. Chris Agius esprima l-fehma aġġornata tal-Partit Laburista li l-funzjoni tal-Gvern għandha tkun li jassigura li s-servizz li tipprovdi s-Sea Malta jkun ta’ l-ogħla livell. |
| Din | il-pożizzjoni kienet espressa f’intervista li ta l-Onor. Agius lill-gazzetta Business Today (Labour’s Plan in the Making, Paġna 12) fejn b’mod espliċitu stqarr: |
1. li l-Partit Laburista fil-Gvern iħalli s-Sea Malta f’idejn privati;
2. li l-aktar importanti m’hux li l-Gvern ikun is-sid tas-Sea Malta imma li jkun hemm garanzija li s-servizz bil-baħar bejn Malta u l-Ewropa ikun garantit.
| Din | l-istqarrija turi l-qbil tal-Partit Laburista mal-politika tal-Gvern. Il-Gvern jesprimi sodisfazzjon li l-Partit Laburista bidel ta’ taħt fuq il-pożizzjoni oriġinali tiegħu, li kif espress ripetutament u personalment mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kienet, li l-Gvern irid ikun senz’altru u dejjem, is-sid tas-Sea Malta. |
| Nhar | id-19 ta’ Ġunju 2005, per eżempju, l-Onor. Dr. Alfred Sant kien rappurtat minn stqarrija tal-Partit Laburista jgħid li “s-Sea Malta għandha valur strateġiku u l-Gvern ma jmissux ibiegħha. Kieku kien hemm Gvern Laburista, ma kienx ibiegħ lis-Sea Malta.” |
| Din | kienet pożizzjoni żbaljata u hu ta’ sodisfazzjon għall-Gvern li l-Partit Laburista dan issa rrealizzaħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947