MEDIĊINI U MEDIĊINALI FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
pr1391
29/09/2005
| B’referenza | għall-istqarrija tad-Deputati Laburista, l-Onor. Marie Louise Coleiro u l-Onor. Silvio Parnis, dwar nuqqas ta’ mediċini u mediċinali ġewwa San Vincenz, kif rappurtat f’sezzjoni tal-media lokali, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ jixtieq jiċċara li: |
| Kuntrarjament | għal dak li ġie allegat, l-oġġetti kollha msemmija, li la huma mediċini u lanqas mediċinali, kienu u għadhom “in-stock” fl-ispizerija ta’ San Vinċenz. |
| Fir-rigward | tan-Nicofix, li ġie msejjaħ mediċina, m’hu mediċina xejn. Dan m’hu xejn għajr tip ta’ elastoplast, u għalhekk jekk dan ikun out of stock jintuża elastoplast normali li jaqdi l-istess funzjoni. |
| Nixtiequ | niċċaraw ukoll li l-alkohol ilu li nqata mill-isptarijiet u minflok qegħdin jiġu wżati “alcohol wipes” li huma aktar komdi għall-uzu mill-ħaddiema u aktar iġenici għall-pazjent għax jintużaw darba biss. |
| Barra | minn hekk, huwa wkoll żbaljat illi wieħed jallega li residenti tħallew għal ġranet sħaħ fis-sodda minħabba nuqqas ta’ nappies. Is-swali ġewwa r-Residenza kellhom u għandom numru sufficjenti ta’ nappies biex ikopru l-bżonnijiet tagħhom. |
| Hija | ħasra li ineżattezzi bhal dawn iqajmu allarm u paniku bla bżonn fost ir-residenti u l-familjari tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947