Skejjel Evakwati Bħala Prekawzjoni
pr1390
29/09/2005
| Minħabba ħruq | li seħħ dalgħodu ġo fabbrika f’San Ġwann u d-dħaħen li rriżultaw, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta struzzjonijiet lid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex l-iskejjel kollha ta’ San Gwann u tan-Naxxar jiġu evakwati. |
| Id-Diviżjoni | mill-ewwel infurmat lill-iskejjel kollha f’dawn l-inħawi u għamlet l-arranġamenti kollha meħtieġa biex l-iskejjel ikollhom l-appoġġ kollu li kien hemm bżonn. |
| L-iskejjel imxew | mal-proċeduri ta’ evakwazzjoni li għandhom ippreparati f’kull skola u mir-rapporti li għandu l-Ministeru, jidher li l-evakwazzjonijiet imxew b’mod kalm u organizzat ħafna. |
| Il-ġenituri | tat-tfal kienu infurmati mill-iskejjel u fejn setgħu, dawn ġabru lit-tfal mill-iskejjel. Fejn ma kienx possibbli li t-tfal jinġabru mill-ġenituri, kien provdut transport mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. |
| Il-Ministeru ta’ | l-Edukazzjoni u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jirringrazzjaw lill-għalliema, kapijiet u assistenti kapijiet u l-ġenituri kollha għall-koperazzjoni tagħhom. Il-Ministeru u d-Diviżjoni kienu u se jibqgħu f’kuntatt kontinwu mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa hekk kif tiżviluppa s-sitwazzjoni. |
| L-Uffiċjali | tas-Saħħa u s-Sigurta’ tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qed iduru l-iskejjel affettwati u skejjel fil-viċin sabiex jivverifikaw il-livell tal-kwalità ta’ l-arja u biex jiżguraw li m’hemmx periklu. |
| L-iskejjel huma | mistennijja jiftħu bħas-soltu għada l-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 2005. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947