Biex napprezzaw aħjar il-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna
pr1389
29/09/2005
| Il-Ministeru | għat-Turiżmu u Kultura flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti; l-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu u Heritage Malta, ser jerġgħu jorganizzaw sensiela ta’ żjarat kulturali. |
| L-ewwel | tlieta minn dawn iż-żjarat ser jinżammu fis-16 ta’ Ottubru, fis-6 ta’ Novembru u fl-4 ta’ Diċembru 2005. |
o L-ewwel żjara kulturali se tkun f’Palazzo Parisio, in-Naxxar; il-kappella ta’ l-iSperanza u l-kappella ta’ San Pawl l-Eremit fil-Mosta u San Pawl Milqi f’Burmarrad.
o It-tieni żjara kulturali se tkun fil-Palazz ta’ Selmun, l-oqbra tax-Xemxija u Popeye’s Village.
o It-tielet żjara se tkun f’ Għar Dalam , il -Maqluba fil-Qrendi, Ħaġar Qim u Limestone Heritage.
| Fix-xahar | ta’ Diċembru ser ikun hemm ukoll żjara lil numru ta’ presepji f’Malta. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li nieda dan il-programm ta’ żjarat kulturali, qal li wara s-suċċess taż-żjarat tas-sena l-oħra kien ħa ħsieb li din is-sena jerġa’ jiġi organizzat programm ieħor li anke se jkun itwal. Hu qal li s’issa qed jitħabbar l-ewwel parti tal-programm. It-tieni parti titħabbar aktar tard. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li ż-żjarat kulturali qed iwasslu biex il-Maltin isiru aktar konxji tal-wirt kbir storiku u kulturali li għandu pajjiżna, wirt li jirrifletti l-qagħda strateġika ta’ Malta u l-istorja millenarja tagħha. Hu qal li pajjiżna kien għadda taħt diversi ħakmiet li lkoll ħallew il-marka tagħhom u li għaġnu l-istorja ta’ pajjiżna b’tali mod li l-poplu Malti għandu l-identita’ tiegħu, l-ilsien tiegħu u l-karattru tiegħu li flimkien wassluh biex sar Stat Sovran. |
| “Iż-żjarat | kulturali ingħataw ukoll libsa ġdida billi flimkien magħhom qed jittellgħu rappreżentazzjonijiet animati li jwasslu biex il-pubbliku preżenti ‘igħix l-istorja’ ta’ l-antenati tagħna,” tenna il-Ministru Zammit Dimech li fisser kif rappreżentazzjonijiet bħal dawn huma mhux biss ta’ għajnuna għall-Maltin biex ikunu jafu aħjar dwar l-għeruq tagħhom, iżda wkoll attrazzjoni turistika. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura irringrazzja lill-Heritage Malta, lill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u lill-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta, talli kkolaboraw mal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura biex setgħu jiġu organizzati dawn iż-żjarat kulturali; filwaqt illi awgura li dawn iż-żjarat kulturali jkunu mezz ieħor ta’ informazzjoni biex il-Maltin ikunu jafu aktar dwar pajjiżhom u l-antenati tagħhom u hekk japprezzaw aħjar il-wirt storiku, kulturali u uniku li għandna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947