Left arrow Mur Lura

L-ISKEMA TA' GHOTJIET TA' MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI: IL-GVERN JAGHZEL L-INVESTIMENT FIZ-ZGHAZAGH

pr1388
Date Icon 29/09/2005
L-istudenti kollha f'korsijiet post-sekondarji fil-livell avvanzat,fl-MCAST, u l-istudenti ta' l-Universita` mit-tieni sena 'l fuq, ser ikomplu jibbenefikaw mill-iskema prezenti ta' ghotjiet ta' manteniment. L-istudenti l-godda fl-Universita` ser jibbenefikaw ukoll minn dawn l-ghotjiet taht skema gdida, li l-miri taghha huma: 1) aktar zghazagh fl-edukazzjoni oghla, 2) aktar zghazagh fil-korsijiet tax-xjenzi, inginerija u informatika fl-Università, u 3) ghajnuna lill-studenti ta' familji fil-bzonn u lil dawk Ghawdxin.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, flimkien mal-Ministru ghalGhawdex Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Tonio Fenech, dalghodu spjegaw l-iskemi ta' ghotjiet ta' manteniment lill-istudenti li l-Gvern adotta b'effett minn din is-sena akkademika.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-iskemi ta' ghotjiet ta' mantenimentlill-istudenti li qed ihabbar illum huma wiehed biss minn sensiela ta' passi li se jitwettqu fis-sistema ta' l-edukazzjoni oghla kollha kemm hi. L-iskop hu li tizdied il-partecipazzjoni ta' zghazagh u adulti f'korsijiet ta' edukazzjoni oghla, li toghla u tigi verifikata ahjar il-kwalità, u li l-istituzzjonijiet f'dan is-settur jassiguraw li qed jissodisfaw il-bzonnijiet ta' l-izviluppi socjali u ekonomici tal-pajjiz.
1) Studenti post-sekondarji u vokazzjonali L-istudenti li qed isegwukorsijiet f'suggetti fil-livell avvanzat fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School, fis-Sixth Forms, fil-Junior College u fl-MCAST ser jibqghu jibbenefikaw mill-iskema prezenti ta' ghotja fix-xahar ta' Lm40 u ghotja fis-sena ta' Lm100. Dawk fost dawn l-istudenti li jissodisfaw l-ezami tal-mezzi (means test) stabbilit, jinghataw ghotja fix-xahar ta' Lm60 minflok Lm40.
2) Studenti universitarji kurrenti L-istudenti kollha ta' l-Universitàli issa qieghdin mit-tieni sena 'l fuq, ukoll se jibqghu jibbenefikaw mill-iskema prezenti ta' ghotja ta' Lm60 fix-xahar u Lm200 fis-sena, li maghhom wiehed irid jghodd l-ghotja ta' darba ta' Lm400 li dawn l-istudenti hadu s-sena li ghaddiet. Dawk fost dawn l-istudenti li jissodisfaw l-ezami tal-mezzi stabbilit, jinghataw ghotja fix-xahar ta' Lm120.
3) Studenti Universitarji godda L-istudenti li se jibdew korsijietfull time fl-Università x-xahar id-diehel, se jidhlu fl-iskema l-gdida li se tiddistingwi bejn ghotjiet normali (standard grants) u ghotjiet specjali (special grant). Dawn ta' l-ahhar jinghataw lil studenti li jkunu qed isegwu korsijiet partikolari kif spjegat aktar l-isfel.
4) Ghotjiet normali L-istudenti li jkunu intitolati ghal ghotjanormali se jibbenefikaw minn ghotja ta' Lm40 fix-xahar, ghotja ta' Lm200 fis-sena ghal kull sena tal-kors, u ghotja ta' darba ta' Lm200. Dan ifisser li studenti fl-ewwel sena se jircievu Lm400 fl-ismart card li biha jistghu jixtru kotba u materjal iehor edukattiv u kemm il-darba jibqghu telghin minn sena ghall-ohra jircievu Lm200 kull Ottubru fl-ismart card taghhom.
5) Ghotjiet supplimentari normali Studenti li gejjin minn familji lijissodisfaw l-ezami tal-mezzi stabbilit jikkwalifikaw ghal ghotja supplementari u jircievu Lm120 lira fix-xahar ghad-disa' xhur tas-sena akkademika. Barra minn hekk ikollhom l-ghotja ta' darba biss mizjuda ghal Lm250 u jircievu wkoll Lm250 ghal kull sena akkademika tal-kors fl-ismart card taghhom.
6) Ghotjiet specjali Studenti li se jibdew korsijiet li huma aktarmehtiega fl-interess ta' l-izvilupp socjo-ekonomiku tal-pajjiz se jinghataw incentivi specjali. Fl-ewwel sena tal-kors taghhom dawn l-istudenti se jircievu ghotja ta' darba biss ta' Lm300 u ghotja ta' Lm300 ghal kull sena akkademika tal-kors taghhom. Dawn jircevuhom fl-ismart card li biha jixtru kotba jew materjal iehor mehtieg ghall-istudji taghhom. Barra minn dan jircievu wkoll Lm70 fix-xahar ghad-disa' xhur tas-sena akkademika.
7) Ghotjiet supplimentari specjali Min minn fost dawn l-istudenti,minhabba cirkostanzi finanzjarji difficli fil-familja, jikkwalifika skond l-ezami tal-mezzi ghall-ghotja supplementari, jiehu Lm120 fix-xahar ghad-disa' xhur tas-sena akkademika.
Studenti li jikkwalifikaw ghal ghotja ta' manteniment supplementariminhabba cirkostanzi finanzjarji difficli fil-familja u li minn din is-sena jibdew korsijiet fil-Medicina, id-Dentistrija u l-Arkitettura, jircievu ghotja ta' kull sena ta' LM300 u l-ghotja ta' darba ta' LM300 ukoll.
8) Korsijiet - Ghotjiet specjali Il-korsijiet li ghalihom se tinghataghotja specjali huma dawn li gejjin: Bachelor of Science (Business & Computing) Bachelor of Science (Hons) Information Technology Bachelor of Science (Hons) - Biology, Chemistry, Mathematics, Physic, Statistics & Operations Research, Computer Science, Informatics Bachelor of Engineering (Hons) Bachelor of Education/ PGCE - Biology, Chemistry, Physics, Mathematics, Computer. Il-lista ta' dawn il-korsijiet tista` tigi riveduta kull sena ghal studenti godda.
9) Korsijiet ta' Diploma jew Certifikat Studenti li se jsegwu kors ta'diploma jew certifikat full-time jkunu intitolati ghal ghotja ta' manteniment ta' 40 fix-xahar u ghal ghotja ghal kull sena tal-kors ta' LM200.
10) Fond Kontingenza Kazi Specjali Qed jitwaqqaf ukoll Fond ta'Kontingenza ghal kazi specjali li ma jistghux ikunu indirizzati bl-ghotjiet supplementari biss jew taht ir-regolamenti attwali. Studenti li tigrilhom xi dizgrazzja jew li f'daqqa wahda jsibu ruhhom f'cirkostanzi ghal kollox specjali, jkunu jistghu jibbenefikaw minn dan il-fond biex ma jieqfux mill-istudji taghhom wara applikazzjoni apposta lill-Bord ghall-Ghotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti. Barra minn hekk l-ezami tal-mezzi se jigi modifikat biex il-livell tieghu joghla skond in-numru ta' ulied li familja jkollha fl-istudji ta' edukazzjoni oghla fl-istess zmien.
11) Ghotja specjali lill-istudenti Ghawdxin Wiehed japprezza wkoll listudenti Ghawdxin ghandhom spejjez akbar minn studenti li jghixu f'Malta. Ghal dan l-iskop dawn l-istudenti, li sal-lum kienu jircievu allowance ta' Lm15 fix-xahar mill-Ministeru ta' Ghawdex, issa se jibdew jircievu Lm50 fix-xahar biex tghinhom ikopru parti minn dawn l-ispejjez addizzjonali. Biex jikkwalifikaw ghal din l-ghotja l-istudenti jridu japplikaw u juru li jkunu ghamlu l-istudji sekondarji u post sekondarji taghhom f'Ghawdex. L-istudenti Ghawdxin kollha li digà qieghdin jistudjaw l-Università u qed jibbenefikaw mis-sistema prezenti ta' ghotjiet ta' manteniment ukoll se jiehdu dan il-beneficcju mill-Ministeru ghal Ghawdex jekk jissodisfaw il-kondizzjoni imsemmija.
12) Fond tal-Gvern Malti ghal Scholarships f'M.A.'s, M.Sc.'s uPh.D.'s Barra minn dan it-tibdil, il-Gvern se jintroduci mizuri ohra, li uhud minnhom se jithabbru fil-Bagit li gej, biex ikompli jkabbar l-opportunitajiet ghall-istudenti Maltin biex ikomplu jistudjaw u jispecjalizzaw. Ghal dan l-iskop se jitwaqqaf il-Fond tal-Gvern Malti ghal Scholarships (Malta Government Scholarship Fund) mahsub biex jippremja studenti li jiddistingwu ruhhom fl-istudji u jkunu jridu jkomplu jistudjaw fil-livell ta' M.A., M.Sc. jew Ph.D. f'oqsma identifikati li bihom jikkontribwixxu ghall-bzonnijiet tal-pajjiz. Dettalji dwar dan jithabbru aktar tard.
13) Skema ta' Self Vantaggjuz ghal Studji Post-Graduate f'Malta Setkun estiza wkoll l-iskema ta' self maghrufa bhala il-Youth Specialisation Studies Scheme li hi miftuha biss ghal studenti li jmorru jistudjaw barra minn Malta. Il-Gvern se jiftah din l-iskema ghal studenti li jkunu jridu jkomplu jispecjalizzaw f'Malta stess. Dettalji dwar din l-iskema jithabbru wara li jigu konkluzi l-arrangamenti mehtiega ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji.
14) Fond ghaqdiet ta' l-istudenti Il-Gvern se jwaqqaf Fond iehor ghalghotjiet favur progetti u attivitajiet minn ghaqdiet ta' studenti. Dettalji dwar din l-iskema jithabbru aktar tard.
15) L-Istitut ta' l-Istudji Turistici (ITS) L-istudenti fl-ITS, lijgawdu minn skema apposta ghalihom, se jibqghu jibbenefikaw mill-iskema prezenti.

Kummenti tal-Ministri:

Il-Ministru Louis Galea qal li fl-ghazliet tieghu il-Gvern qed jaghtil-oghla konsiderazzjoni lir-rapport tal-Grupp ta' Hidma mmexxi mis-Sur Roderick Chalmers dwar il-finanzjament ta' l-edukazzjoni oghla f'Malta. Dan ir-rapport ikkonkluda li l-politika tal-Gvern, li jincentiva liz-zghazagh b'ghotjiet finanzjarji halli jkomplu l-istudji oghla u tahrig vokazzjonali, qed ikollha success kbir. Infatti, minn ftit mijiet ta' studenti hmistax-il sena ilu, illum ghandna 20,000 student f'korsijiet post-sekondarji, fl-ITS, fl-MCAST u fl-Università.
F'Lulju ta' din is-sena, fid-dokument ta' qabel il-budget , thabbrul-linji gwida ghall-iskemi ta' ghajnuna lill-istudenti. L-iskop ewlieni ta' dawn l-iskemi hu: a) li ntejbu l-access u r-rata ta' partecipazzjoni fl-edukazzjoni gholja, b) intejbu l-kwalità u l-ghazla, u c) nintroducu motivazzjoni effettiva u nassiguraw is-sostenibbilità ta' dan il-finanzjament.
Il-Ministru Galea fakkar li r-Rapport Chalmers pogga quddiem il-Gvernxenarju ta' ghazliet differenti marbutin ma' l-ekwilibriju mehtieg bejn in-numru ta' studenti, kwalità u rizorsi. Il-Gvern konxjament qed jimxi b'politika li jinkoragixxi aktar u aktar Maltin u Ghawdxin li jidhlu ghal korsijiet ta' edukazzjoni oghla. Il-Gvern jaf li dan ifisser li jrid isib il-finanzi biex izid l-investiment kapitali u rikorrenti f'dan il-qasam biex jassigura l-kwalità tal-kwalifiki u c-certifikati ta' l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni oghla f'Malta u f'Ghawdex. Min naha l-ohra, kulhadd jaf x'inhi s-sitwazzjoni tal-finanzi pubblici u l-hidma li l-Gvern qed iwettaq biex ikompli jnaqqas id-deficit finanzjarju.
Louis Galea qal li tajjeb wiehed ifakkar li wahda mill-ghazlietpolitici li r-Rapport Chalmers pogga ghall-konsiderazzjoni tal-Gvern hi, l-ghazla li ma jhallix l-iskemi ta' ghotjiet ta' manteniment lill-istudenti bhala beneficcju universali (jigifieri li jehduh l-istudenti kollha indipendentement mill-mezzi tal-familja taghhom) u li minflok ipoggihom fuq bazi ta' eligibilità skond ezami ta' mezzi adattat ghal dan l-iskop. Dan flimkien ma' proposta li tinholoq skema ta' self sussidjat u introduzzjoni ta' hlas ta' mizati (fees) ghal korsijiet fl-Università. B'hekk il-Gvern kien ikollu finanzi li flok imorru ghal ghotjiet ta' manteniment lill-istudenti imorru direttament f'rizorsi lill-istituzzjonijiet biex ilahhqu ma' numri akbar ta' studenti u jassiguraw il-kwalità tal-korsijiet.
"Il-Gvern, wara li f'konsultazzjoni fit-tul u fid-dettal mal-KSUqies dan kollu, qed jaghmel l-ghazla konxja li l-interess nazzjonali f'dan l-isatdju ghadu jesigi l-htiega li l-Gvern ikompli jinvesti fiz-zghazagh u jincentivahom halli jkomplu bl-istudji, tahrig u ricerka fil-livelli post-sekondarji, vokazzjonali u terzjarji. Il-Gvern ikkonkluda li ghadu ma wasalx iz-zmien li jnehhi l-iskemi ta' ghotjiet ta' manteniment li kien introduca fl-ahhar hmistax-il sena. Hu ghalhekk li qed izomm dawn l-iskemi u jsahhahhom b'xi modifiki biex jilhaq ahjar il-bzonnijiet tal-pajjiz u dawk tal-familji li l-mezzi taghhom ma jlahhqux ma' l-ispejjez ta' ulied Maltin u Ghawdxin fi studji ta' edukazzjoni oghla.
Ma jistax jonqos li dan is-success qed igib pressjoni finanzjarja fuql-istituzzjonijiet edukattivi f'dan il-livell. Il-Gvern hu konxju ta' dan, tant li fil-Budget ta' din is-sena, diga` zied il-voti tal-Junior College, l-MCAST u l-Universita` b'LM1,805,000. Biex ikompli jindirizza l-kwestjoni principali mqanqla fir-Rapport Chalmers, dik ta' ekwilibriju effettiv bejn il-finanzjament ta' l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni oghla, in-numru li se jkompli jizdied ta' studenti, u z-zamma u t-titjib u verifika ta' kwalità, l-Gvern iddecieda li bhala l-ewwel pass, iwaqqaf Kummissjoni Nazzjonali ghall-Edukazzjoni Oghla. L-ewwel xoghol ta' din il-Kummissjoni se jkun li flimkien ma' l-istituzzjonijiet koncernati tahdem bazi gdida ta' finanzjament fi process biex jigu bilancjati ahjar l-kwalità, n-numru ta' studenti u r-rizorsi mehtiega.
Il-Kummissjoni ser tindirizza wkoll il-kwestjonijiet l-ohra imsemmijafir-Rapport Chalmers, bhalma huma s-sistemi ta' kontabilita` u ta' verifika tal-kwalità. Il-Gvern lesta d-dettalji tal-proposti tieghu dwar il-Kummissjoni li se jippublikahom dalwaqt ghal perjodu ta' konsultazzjoni ma' kull min hu interessat."
Il-Ministru Louis Galea qal li meta l-Gvern gie biex jiddeciedi liemase jkunu l-korsijiet fl-Universita` li ghalihom tinghata Ghotja Specjali (dawk tax-xjenza, inginerija u informatika), qies sew: " id-diskussjonijiet kollha li sehhew fl-ahhar sentejn fi hdan il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, " id-dikjarazzjonijiet u pubblikazzjonijiet tal-Korpi Kostitwiti u tal-Unjons dwar l-izvilupp socjo-ekonomiku tal-pajjiz, " il-miri ta' l-Agenda ta' Lisbona u " l-istandards ta' l-OECD.
Il-Ministru Louis Galea ikkonkluda l-prezentazzjoni tieghu billigabar il-karatteristici ta' l-iskemi f'hames punti : 1) Il-bibien miftuha ghal kulhadd, izda b'insistenza li kulhadd jimmira ghal rizultati ahjar. 2) Premju ghall-eccellenza permezz ta' l-iskema ta' l-scholarships fil-Masters u l-Ph.D.s. 3) Espansjoni ta' aktar studenti fix-xjenzi, inginerija, u informatika. 4) Aktar ghazla permezz ta' l-estensjoni ta' skema ta' self. 5) Appogg lill-attivitajiet u rapprezentanza ta' l-istudenti.
Il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, irreferiet b'modpartikolari ghall-istudenti Ghawdxin li jattendu korsijiet ta' livell terzjarju f'Malta. Il-Ministru Debono qalet li l-Gvern japprezza d-diffikultajiet mizjuda li jiffaccjaw studenti Ghawdxin li jigu jistudjaw Malta, inkluz spejjez konnessi ma' akkomodazzjoni.
Il-Ministru Debono qalet li l-Ministeru ghal Ghawdex ilu samit-twaqqif tieghu joffri ghajnuna addizzjonali lill-istudenti Ghawdxin, minbarra l-ghotjiet ta' mantentiment u beneficcji ohra regolari li jinghataw ukoll lill-istudenti Maltin. Infatti, il-Ministeru diga` joffri skema ta' Lm15-il lira fix-xahar lil kull student li jattendi kors full-time fl-Università ta' Malta.
Skema ohra tirrifonda parti mill-ispejjez tat-trasport lil studentili ma jikkwalifikawx ghall-ewwel skema, imma li xorta wahda qed isegwu korsijiet f'Malta f'kulleggi jew f'istituti ohra.
It-tielet skema hija ndirizzata ghal studenti li jsegwu korsijietf'Malta li pero' ma jinghatawx f'Ghawdex. L-istudenti jircievu ghajnuna finanzjarja skond kemm jattendu lezzjonijiet fl-istituzzjoni taghhom, sa massimu ta' Lm70 kull tlett xhur.
Dwar l-iskema ta' l-akkommodazzjoni lil studenti fl-Universita',Giovanna Debono qalet li matul dawn l-ahhar hames snin, il-Ministeru ghal Ghawdex laqa' medja ta' 1,500 talba fis-sena, bit-talbiet jizdiedu minn sena ghall-ohra. Fil-fatt, fis-sena 2000, kienu 1,200 student li applikaw ghal din l-iskema, filwaqt li fis-sena 2004 it-talbiet zdiedu ghal iktar minn 1,800.
"Minkejja din l-ghajnuna min-naha tal-Gvern, l-istudentiGhawdxin xorta wahda huma finanzjarjament zvantaggjati fejn shabhom Maltin. Dan ghaliex l-ispejjez li jaghmlu sabiex imantu lilhom infushom 'l boghod mill-familja, m'humiex zghar. Huwa stmat li l-istudenti Ghawdxin jehtiegu mill-inqas madwar Lm100 fix-xahar addizzjonali, paragunati ma' shabhom Maltin; minhabba l-ispejjez ta' kera ta' apartament, kontijiet ta' servizzi, u xiri ta' ikel u bzonnijiet bazici ohra. Dan, minghajr ma wiehed jinkludi spejjez ohra addizzjonali, bhal xiri tat-tieni computer li l-istudenti jkunu jehtiegu f'Malta wkoll, sabiex ikomplu bl-istudji taghhom matul il-gimgha. Hu ghalhekk ta' sodisfazzjon li l-Gvern apprezza dan kollu u laqa` l-proposta li l-istudenti Ghawdxin kollha, li qed jattendu kors full-time l-Università u qed jibbenefikaw minn Ghotja ta' Manteniment, jinghataw ukoll ghotja addizzjonali ta' LM50," temmet tghid il-Ministru Giovanna Debono.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, Tonio Fenechsostna li l-Gvern qed jaghmel ghazla strategika fl-interess ta' l-izvilupp ekonomiku tal-pajjiz. "Fl-istadju ta' zvilupp ekonomiku li l-pajjiz jinsab fih, il-Gvern iqis il-finanzjament ta' l-ghotjiet ta' manteniment lill-istudenti bhala investiment li jirrendi u li hu essenzjali biex nattiraw investiment lokali u barrani dirett fl-ekonomija taghna.
Il-Gvern ser jibda process biex permezz ta' scholarships kompetittiviizid in-numru ta' dawk li jaghmlu studju post-graduate fil-livell ta' M.A. u M.Sc u ta' ricerka fil-livell ta' Ph.D. f'oqsma li jaghmlu differenza ghall-izvilupp ta' pajjizna.
Il-Gvern ser isahhah l-incentivi f'dan il-qasam bi skema ta' selfb'kondizzjonijiet vantaggjuzi biex aktar Maltin u Ghawdxin jidhlu ghal dan l-istudju gholi u ricerka sew f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Ahna nemmnu li aktar Masters u aktar Ph.D's f'oqsma rilevanti ghall-pajjjiz huma essenzjali jekk tassew irridu insibu in-nicca taghna fil-qasam internazzjonali tar-ricerka, zvilupp u innovazzjoni. Jekk jirnexxielna inkabbru l-kapacità taghna u noholqu l-massa mehtiega allura tassew nakwistaw ghodda b'sahhitha biex inkunu kompettitivi fl-Unjoni Ewropea u fir-regjuni l-ohra tad-dinja."
Is-Segretarju Parlamentari Fenech temm jghid li l-finanzi mehtiegaghall-izvilupp u t-titjib tal-kwalita` ta' l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni oghla jridu jinstabu, filwaqt li l-Gvern ikompli jimplimenta l-pjan tieghu li jikkontrolla u jnaqqas id-deficit finanzjarju fl-ispiza pubblika.

Konkluzjoni

Fl-ahharnett il-Ministru Galea irringrazzja lil Policy Unit fil-Ministeru tieghu, specjalment lill-ekonomista s-Sur Jacques Sciberras, lill-Grupp ta' Hidma li mexxa s-Sur Roderick Chalmers, lill-ufficjali tal-KSU, lill-Prim Ministru u l-Kabinett, u lil dawk kollha li b'xi mod taw kontribut fid-diskussjoni u t-tifsil ta' din il-politika.

TABELLA

Studenti Maltin

Studenti Għawdxin

Tip ta' Għotja

Għotjiet

Total       tal-Kors*

Għotjiet

Total       tal-Kors*

Lm

Lm

Lm

Lm

Għotja Normali – Standard Grant

Għotja ta' Darba fil-Bidu tal-Kors

200

200

200

200

Għotja ta' Kull Sena

200

800

200

800

Għotja ta' Kull Xahar

40

1440

90

3240

2440

4240

Għotja Supplimentari – Supplimentary Grant1

Għotja ta' Darba fil-Bidu tal-Kors

250

250

250

250

Għotja ta' Kull Sena

250

1000

250

1000

Għotja ta' Kull Xahar

120

4320

170

6120

5570

7370

Għotja Speċjali – Special Grant2

Għotja ta' Darba fil-Bidu tal-Kors

300

300

300

300

Għotja ta' Kull Sena

300

1200

300

1200

Għotja ta' Kull Xahar

70

2520

120

4320

4020

5820

Għotja Speċjali Supplimentari – Special Supplimentary Grant3

Għotja ta' Darba fil-Bidu tal-Kors

300

300

300

300

Għotja ta' Kull Sena

300

1200

300

1200

Għotja ta' Kull Xahar

120

4320

170

6120

5820

7620

* It-Total hu maħdum fuq kors ta’ medja ta’ erba’ snin

1 -   Għotja li tingħata fil-każijiet fejn jiġi sodisfatt eżami ta’ mezzi (means test)

2 -   Għotja li tingħata lill-istudenti li jsegwu korsijiet li l-Gvern iqis li għandu jinċentiva fl-interess nazzjonali

3 -   Għotja li tingħata fil-każijiet fejn jiġi sodisfatt eżami ta’ mezzi (means test) lill-istudenti li jsegwu korsijiet li l-Gvern iqis li għandu jinċentiva fl-interess nazzjonali

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow