IL-PERITI BI STORJA LI TMUR LURA ELUF TA’ SNIN
pr1386
28/09/2005
| Il-Jum | Dinji ta’ l-Arkitettura, li ilu jitfakkar sa mill-1985, din is-sena se jkun iċċelebrat fit-3 ta’ Ottubru bit-tema “Sharing the City”. Il-Kamra tal-Periti flimkien mas-SACES – Society of Architecture and Civil Engineeering Students – qed jorganizzaw ‘Time for Architecture’, 19-il ġurnata ta’ attivitajiet marbuta ma’ l-arkitettura, bl-iskop li jitkabbar l-għarfien fost il-pubbliku dwar ix-xogħol li jsir minn periti u studenti Maltin. |
| ‘Time | for Architecture’ jibda fid-29 ta’ Settembru u jibqa’ sejjer sas-16 ta’ Ottubru. Fit-3 ta’ Ottubru, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi Charles Knevitt, id-Direttur tar-RIBA Trust – Royal Institute of British Architects Trust – se jagħmel taħdita b’suġġett li jikkonċerna it-tema tal-Jum Dinji ta’ l-Arkitettura. L-għada Dennis Sharp jitkellem waqt BusinessBreakfast fil-Capua Palace . |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-periti f’Malta kellhom storja twila li tmur lura eluf ta’ snin. Hu qal li f’kitba ta’ l-1968 insibu li l-ordni fl-arkitettura twieldet f’Malta żmien ilu bil-pjan ta’ Skorba, wieħed mill-aħħar grupp ta’ tempji li ġew skavati li juri distintivament sew ix-xewqa kif ukoll il-mod li tintlaħaq din l-ordni. Hu qal li tul l-istorja l-periti Maltin kienu responsabbli għal bini ta’ fortifikazzjonijiet, knejjes, palazzi u bini ieħor li jagħmel lil Malta dak li hi: ġawhra importanti ta’ storja f’nofs il-baħar Mediterran. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-ibliet tagħna ukoll kienu ddisinjati mill-periti li ħasbu mhux biss għad-difiża ta’ pajjiżna iżda għall-knejjes, palazzi, djar, spazji miftuħa u ġonna biex il-Maltin ikollhom fejn jitolbu, joqgħodu u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom. |
| “Illum | il-bliet tagħna qegħdin iservu skop doppju, dak li fih igħixu l-Maltin u dak ta’ attrazzjoni turistika biex permezz ta’ dan is-settur pajjiżna jaqla’ kwart tal-għajxien tiegħu,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Francis Zammit Dimech qal li bħala Ministru għat-Turiżmu u Kultura kien fid-dmir li jara li l-ibliet tagħna jkunu bejta ta’ attivita’ kulturali u ta’ vetrina ta’ storja. Hu qal li l-Festival ta’ l-Ibliet Storiċi kien maħsub biex il-Maltin u t-turisti jkunu mgħarrfin aktar dwar l-istorja u l-kultura fil-bliet imdawwrin bis-swar ta’ pajjiżna li kienu ġojjelli ta’ arkitettura u kotba ta’ storja. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li fl-iżvilupp li seħħ f’pajjiżna fl-aħħar 41 sena ta’ indipendenza fejn inbnew lukandi, fabbriki, eluf ta’ djar u infrastruttura moderna l-periti kelhom sehem importanti. Hu qal li pajjiżna qed ikompli jiżviluppa u jimmodernizza u għalhekk il-ħidma tal-periti kienet insostitwibbli. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lill-Kamra tal-Periti u lis-SACES għall-ħidma tagħhom filwaqt li awguralhom aktar suċċessi fil-ħidma tagħhom. Hu appella lill-Maltin kollha biex japprezzaw aktar ix-xogħol tal-periti u biex jipparteċipaw fl-attivitajiet organizzati mill-Kamra tal-Periti u s-SACES. |
| Il-programm | jinkludi film nights bejn id-29 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, l-belt Valletta; Kids’ Workshop fil-Kavallier ta’ San Ġakbu s-Sibt 1 ta’ Ottubru; preżentazzjoni tal-ktieb “Malta – War and Peace, an Architectural Chronicle 1800-2000” li se ssir fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran fis-6 ta’ Ottubru; Konferenza fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija bejn is-7 u d-9 ta’ Ottubru bit-tema “The Founding Myths of Architecture”. Bejn il-10 u s-16 ta’ Ottubru ser jinżamm is-SACES Workshop. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947