Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni irid jibqa’ jissussidja t-Tarzna
pr1385
28/09/2005
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr. Alfred Sant irid li l-poplu Malti | jibqa’ jħallas għal telf mit-Tarzna wara l-2008 u qed jikkritika ‘l Gvern għax qed jaħdem mat-Tarzna biex sa l-2008 din issir kummerċjalment viabbli u ma tibqax tiddependi fuq għajnuna ta’ l-istat imħallsa mit-taxxi tal-Maltin. |
| Li hu sorprendenti | f’din l-istqarrija mhux tant li Dr. Sant jipprova jaħrab mill-obbligi ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, iżda li jrid ikompli jħaddan politika ta’ sussidji ta’ ażjendi li ma jkunux ekonomikament viabbli. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-politika tal-Gvern li qed jagħmel riformi radikali fit-Tarzna bil-għan li wara l-2008 jtaffu l-piż fuq it-taxxi tal-Maltin li jinħarqu f’industrija li kull sena titlef il-miljuni tal-Liri. |
| Dr. Alfred Sant | jitkellem fuq l-obbligu li ħadet Malta biex tieqaf tissussidja lit-Tarzna bħala xi żvantaġġ għal Malta li hu jrid itaffi billi “isib minn fejn irid jgħaddi” biex jibqa’ jissussidja lit-Tarzna. Li ma qalx hu li dan is-sussidju qed joħroġ mill-bwiet tal-Maltin bħal li kieku li t-taxxi tal-Maltin minfuqa fuq industrija falluta hu xi vantaġġ għall-Maltin. |
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | jitkellem hekk għax jaħseb li kulħadd għandu memorja qasira bħal tiegħu. Nhar il-25 t’Awissu 1997, meta kien Prim Ministru, Dr. Alfred Sant kien qal li s-sussidji lit-Tarzna jridu jispiċċaw fi żmien tlett snin (jiġifieri fl-2000!) inkella, qal, it-Tarzna “taħbat mal-ħajt”. |
| Fl-1997, l-allura Prim | Ministru Alfred Sant, kien qal lill-ħaddiema tat-Tarzna li sas-sena 2000 it-Tarzna riedet tkun kompetittiva kummerċjalment u tgħix mingħajr is-sussidji. Illum Dr. Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jgħid li s-sussidji lit-Tarzna għandhom jibqgħu ċens perpetwu. |
| Dan apparti l-fatt li | l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea l-bieraħ stess qaltlu li ma jistax jissusidja t-Tarzna wara l-2008. |
| Il-motivazzjoni ta’ | Dr. Sant hi ċara. Hu jrid lill-ħaddiema tat-Tarzna jibqgħu fl-illużjoni li l-impjieg mat-Tarzna hu garantit anki jekk it-Tarzna tibqa titlef il-flus wara l-2008 għax finalment dejjem se jsibu l-but tal-bqija tal-Maltin. B’din l-illużjoni, il-ħaddiema tat-Tarzna ma jibqgħux jemmnu li huma għandhom bżonn jerfgħu r-responsabbiltà tas-salvazzjoni ta’ l-impjieg tagħhom li jgħib jekk it-Tarzna ma ssirx suċċess kummerċjali. |
| Iżda l-akbar tradiment | tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni m’hux lill-ħaddiema tat-Tarzna, iżda lill-Maltin kollha li fil-politika dikjarata ta’ Dr. Sant jidhirlu li għandhom ikunu huma li jħallsu issa u dejjem għat-telf kull sena tat-Tarzna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947