IPPUBBLIKAT ABBOZZ TA’ LIĠI KONTRA ABBUŻI F’APPLIKAZZJONIJIET GĦAL STATUS TA’ RIFUĠJAT
pr1384
28/09/2005
| Il-Gvern illum ippublika Abbozz ta’ Liġi | bl-iskop li jiġġieled l-abbużi f’applikazzjonijiet għal status ta’ rifuġjat. L-abbozz jipproponi illi : |
| (a) | meta l-Kummissarju għar-Rifuġjati jiddeċiedi li applikazzjoni hi tant bla bażi, li hi manifestament infondata, l-applikant ikun jista’ jiġi diportat, anki jekk jippreżenta appell. Mandankollu l-applikant xorta jkollu l-opportunita’ li jitlob rimedju kostituzzjonali, jekk hekk jidhirlu |
| (b) | dawk l-immigranti li jitilfu il-każ tagħhom b’mod definitiv, u ma jikkoperawx mal-Pulizija sabiex jiġu ripatrijati, eżempju jirrifjutaw li jiġu intervistati sabiex jinħarġilhom dokument ta’ l-ivjaġġar, jistgħu ma jiġux rilaxxjati miċ-Ċentri ta’ Detenzjoni, jew jekk ikunu ġew rilaxxjati, jistgħu jerġgħu jintbagħtu f’detenzjoni. |
| (c) | ikun possibli li jinħatar iktar minn Kummissarju għar-Rifuġjati wieħed; |
| (d) | jkun jista’ jingħata qafas legali għas-Servizz Ġdid ta’ Detenzjoni. |
| B’dawn l-emendi il-messaġġ tal-Gvern | huwa ċar: Fil-waqt li kull min ġenwinament ħaqqu protezzjoni din tingħatalu, fl-istess waqt min juża l-proċeduri għal skop abbużiv biex ma jiġix diportat, ma jitħalliex jagħmel dan. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947