Radisson SAS Golden Sands Resort tilqa’ l-ewwel viżitaturi
pr1383
28/09/2005
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-lukanda Radisson SAS Golden Sands Resort ser iżżid 642 sodda fl-istock ta’ sodod f’lukandi f’Malta u Għawdex. Hu qal li ser iżżid ukoll in-numru ta’ lukandi ta’ Ħames Stilel għal 14. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech li kien qed izur din il-Lukanda gdida, fakkar li fl-1999 f’pajjiżna kellna tmien lukandi ta’ Ħames Stilel, u li llum għandna 14. Hu fakkar ukoll li din is-sena qed jinfetħu ħames lukandi ġodda li se jżidu n-numru ta’ sodod b’1,844. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-bini ta’ lukandi ta’ Ħames Stilel kien għamel possibli t-tkabbir tas-settur tal-konfetrenzi u inċentivi tant li s-sena li għaddiet 76 fil-mija tas-60,000 viżitatur li ġew Malta għal Konferenzi qagħdu f’lukandi ta’ Ħames stilel. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-lukanda Radisson SAS Golden Sands Resort se tilħaq żewġ setturi mportanti ta’ turiżmu li Malta trid tkabbar: il-konferenzi u l-inċentivi u t-timeshare. Hu qal li din il-lukanda hi mħejjija tajjeb għal dawn iż-żewġ setturi, tant li diġa għandha bbukjati numru sostanzjali ta’ kmamar għat-timeshare; filwaqt li se tospita lill-mexxejja tal-pajjiżi tal-Commonwealth, li se jkunu Malta għal-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth li ser ssir f’Malta f’Novembru li ġej. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-Islands Hotel Group jirrappreżentaw storja ta’ suċċess. Hu qal li din il-kumpannija bdiet topera fl-1987 bil-Buġibba Holiday Complex. Minn dak iż-żmien fetħu tliet lukandi oħra: il-Coastline Hotel fis-Salina; r-Radisson SAS Bay Point Resort f’San Ġiljan u l-Radisson SAS Golden Sands Hotel f’Għajn Tuffieħa. Barra minhekk, waqqfu l-Island Caterers u xtraw 20 fil-mija tad-Dragonara Casino. Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-kumpannija tat kontribut qawwi mhux biss għas-settur turistiku iżda għall-ekonomija nazzjonali bl-investiment li għamlet u bil-mijiet ta’ mpjiegi li ħolqot. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li llum nitkellmu ħafna dwar żvilupp sostenibbli. Hu qal li anke f’dan il-qasam fil-bini tar-Radisson SAS Golden Sands Resort, l-Island Hotels Group ħaddmet fil-prattika dan il-kunċett. Hu qal li meta ġiet biex twaqqa’ l-lukanda li kien hemm qabel fuq dan is-sit il-kumpannija ħadet id-deċiżjoni li l-ewwelnett iżżarma l-lukanda u tħalli biss il-ġebel. L-azzar u l-ħadid inħareġ mill-post, ġie ppressat u esportat bħala scrap metal. L-istess sar fejn jidħol l-aluminju li wkoll iżżarma, ġie ppressat u esportat. L-għamara u l-fittings inqalgħu, u jew intużaw mill-ġdid jew ingħataw lil għaqdiet filantropiċi. Il-cable tad-dawl elettriku u tagħmir ieħor inħażen biex reġa’ ntuża. Il-Ministru Zammit Dimech kompla jgħid li mill-ġebel li twaqqa’, parti minnu intuża mill-ġdid fil-formazzjoni ta’ toroq u passaġġi. Hu qal li permezz ta’ dan il-proċess il-kumpannija wettqet fil-prattika eżerċizzju ta’ riċiklaġġ ta’ materjal. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li meta fil-15 ta’ Ottubru 2003 żar ix-xogħol ta’ kostruzzjoni tar-Radisson SAS Golden Sands Resort, kien qal li dan il-proġett kien se jkun inawgurat din is-sena. Hu qal li ried jifraħ lill-kumpannija Island Hotels Group li żammew mat-timeframes li ffissaw, minkejja l-entita’ ta’ dan il-proġett u l-problemi li m’hemmx dubbju li min ikun qed jesegwixxi proġett bħal dan, jiltaqa’ magħhom fil-proċess tal-kostruzzjoni. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li ried jirringrazzja lid-diretturi ta’ l-Island Hotels Group għall-fiduċja li qed juru fil-qasam turistiku u f’pajjiżna. Hu qal li kienet il-kapaċita’ ta’ imprendituri bħal dawn li wasslet biex is-settur turistiku f’pajjiżna kiber għal dak li hu lum, qasam li jikkontribwixxi kwart tal-ġid nazzjonali u biex f’dan il-pajjiż kulħadd qed igħix aħjar. |
| Matul | iż-żjara tiegħu fir-Radisson SAS Golden Sands Resort il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech kien akkumpanjat minn Romwald Lungaro Mifsud, Executive Chairman ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947