Messaġġ mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, L-Onor. Francis Zammit Dimech fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tat-Turiżmu: L-ivvjaġġar u t-trasport huma s-sisien tat-turiżmu
| Malta | llum tingħaqad mal-bqija tad-dinja biex tfakkar il-Jum Dinji tat-Turiżmu. |
| Id-data | tas-27 ta’ Settembru tikkonċidi ma’ l-anniversarju ta’ l-addatazzjoni ta’ l-Istatut ta’ l-Organizazzjoni Dinjija tat-Turiżmu fl-1970. Is-settur turistiku ma kienx dejjem dak li hu llum. Fl-1950 it-turiżmu internazzjonali laħaq l-20 miljun; is-sena li għaddiet kien ta’ 763 miljun u hu stmat li fl-2020, in-numru ta’ turisti jaqbeż il-1.6 biljun. |
| Anqas | ma kien hemm dawk il-pajjiżi kollha jaqsmu mill-kejk turistiku. 50 sena ilu l-pajjiżi li kienu jattiraw lejhom lit-turist kienu ftit. Illum kull pajjiż tad-dinja qed jagħmel ħiltu biex jieħu sehemhu minn dan il-kejk kbir li s-sena li għaddiet iġġenera 500 biljun Euro ta’ dħul li 52 fil-mija minnhom marru fl-Ewropa. |
| Fil-qasam | turistiku Malta għamlet passi ta’ ġgant. Bdejna ftit aktar minn 40 sena ilu bi ftit eluf ta’ turisti f’qasam li ridna nibnu wara l-akkwist ta’ l-Indipendenza biex jagħmel tajjeb għat-telf ekonomiku li ġab miegħu l-għeluq tad-Dipartimenti tal-Servizzi Ingliżi. Is-settur baqa’ jikber biex illum hu, flimkien mas-servizzi u l-industrja, wieħed mit-tliet pilastri ekonomiċi ta’ pajjiżna. Waħdu jikkontribwixxi kwart tal-ġid nazzjonali u 28 fil-mija ta’ l-impjiegi. |
| Is-settur | turistiku is-sena li għaddiet żied 3.5 fil-mija fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna, li hu ogħla mill-medja għar-reġjun ta’ l-Ewropa tan-Nofsinhar u l-Ewropa Mediterranja fejn is-settur turistiku kiber bi 2.2 fil-mija. Żied ukoll bi 3 fil-mija id-dħul għal pajjiżna li fl-2004 leħaq il-Lm270 miljun. Issib min jistaqsi għaliex f’ħafna każi id-dħul ma jilħaqx maż-żieda fin-numru ta’ turisti. It-tweġiba tagħtielna l-Organizazzjoni Dinjija tat-Turiżmu li fil-WTO World Tourism Barometer ta’ Ġunju 2005 jinnota li “għalkemm id-domanda rkuprat tajjeb ħafna f’dak li hu volum, in-nefqa ma segwietx l-istess pass, l-aktar fl-Ewropa, fl-Asja u l-Paċifiku,” u jżid igħid li dan jirrifletti ix-xejra ġenerali lejn vjaġġi aktar spissi iżda għal żmien aqsar. |
| Fl-ewwel | nofs ta’ din is-sena s-settur turistiku lokali kompla jikber. Fl-ewwel sitt xhur in-numru ta’ turisti li żaru Malta kien ta’ wieħed fil-mija aktar min dak ta’ l-istess perijodu s-sena ta’ qabel. F’Lulju reġa’ kien hemm żieda ta’ 1.1 fil-mija filwaqt li jidher li f’Awissu ser inżommu l-istess livelli ta’ Awissu tas-sena l-oħra. Jidher ċar li s-settur privat għandu fiduċja sħiħa fis-settur turistiku tant li f’dan is-settur, f’dawn l-aħħar żminijiet ġew investiti, jew qed jiġu investiti, qrib il-kwart ta’ biljun lira Maltija f’lukandi ġodda, estensjonijiet u mmodernizzar ta’ lukandi eżistenti u proġetti urbani kbar. |
| Din | is-sena fetħu, jew ser jiftħu, ħames lukandi ġodda li bejniethom ser iżidu 1,844 sodda. Tajjeb li ngħidu ukoll li pajjiżna qed imur għal lukandi ta’ kwalita’ ogħla tant li bejn Diċembru ta’ l-1998 u Ġunju ta’ din is-sena l-lukandi ta’ Ħames Stilel żdiedu minn 8 għal 13 filwaqt li dawk ta’ Erba’ stilel żdiedu minn 43 għal 50. |
| Fil-qasam | turistiku l-Gvern qed jieħu sensiela ta’ inizjattivi biex ngħollu l-proġett turistiku. |
o Wara li ħareġ ir-rapport ta’ Deloitte & Touche dwar ir-ristruturazzjoni ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta bdew jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ir-rakomandazzjonijiet jitwettqu. Inħatar Kumitat Interministerjali taħt iċ-Chairmanship tal-Prim Ministru. Inbidlet il-kompożizzjoni tal-bord prinċipali tal-MTA biex ikun hemm taħlita bejn membri eżekuttivi u membri mhux eżekuttivi. Tneħħew il-bordijiet tad-direttorati. Inħatar Chairman Eżekuttiv. Bdiet ħidma biex ikun hemm branding wieħed tal-prodott Malti. Beda jitwettaq proġett biex il-fokus tal-marketing ikun fuq niċeċ.
o Il-Kumitat Interministerjali qed jiltaqa’ b’mod regolari, anke aktar spiss milli kien maħsub. Dan għandu l-iskop li jsib soluzzjonijiet fil-ħin għal problemi li jaffettaw il-prodott turistiku. S’issa dan il-kumitat approva politika dwar zoni turistiċi; approva proġetti dwar l-iżvilupp ta’ bajjiet fit-tramuntana ta’ Malta fuq l-istess mod li kienet żviluppata l-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan; approva pjan ta’ azzjoni biex jinstabu soluzzjonijiet għal nuqqasijiet identifikati mit-Taqsima dwar l-Iżvilupp tal-Prodott wara żjara li saret lill-inħawi turistiċi ewliena; qed jitwettaq xogħol ta’ tisbiħ tul it-triq kollha li mill-ajruport tagħti sal-belt Valletta.
o L-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta daħlet fi ftehim ma’ diversi Kunsilli Lokali u mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura biex lokalitajiet li huma frekwentati mit-turisti u promenades jitnaddfu u jinħaslu aktar spiss. Bħala riżutat ta’ dan il-ftehim bejn l-20 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru, bi spiża ta’ aktar minn Lm40,000, toroq f’Tas-Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar u f’Victoria u Żebbuġ f’Għawdex inkinsu aktar spiss. Permezz ta’ ftehim ieħor, b’nefqa ta’ Lm35,000, promenades fil-Mellieħa/Ċirkewwa; San Pawl il-Baħar/Buġibba/Qawra; Paceville, Sliema u Gżira nħaslu kull ġimgħa filwaqt li promenades f’Marsascala u Birżebbuġa nħaslu kull ħmistax.
o Wara li tlesta xogħol fuq il-Cruise Liner Passenger Terminal l-Awtorita tat-Turiżmu ta’ Malta, permezz ta’ għajnuna minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, ser issebbaħ t-toroq u l-bankini li mill-Valletta Waterfront jwasslu sa’ Misraħ Kastilja – jiġifieri t-telgħa tal-Kruċifiss, it-taraġ bejn l-istess telgħa u l-Floriana u Vjal Glormu Cassar. L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett se tibda titwettqq fil-ġimgħat li ġejjin.
o Il-Ġonna Howard barra s-swar ta’ l-Imdina ser jissebħu bl-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-ġonna ser jgħaqqdu żewġ monumenti storiċi importanti: id-Domus Romana fuq naħa u l-Imdina, fejn qed isir ħafna xogħol ta’ restawr u riabilitiazzjoni, fuq in-naħa l-oħra.
| It-tema | li l-Organizazzjoni Dinjija tat-Turiżmu għażlet għal din is-sena hi ‘L-Ivjaġġar u t-trasport: mill-imaġinarju ta’ Jules Verne għar-realta’ tas-Seklu 21’. Jules Verne miet 100 sena ilu, fl-1905 u ħafna minn dak li immaġina hu sar realta’. Tnejn mill-aktar invenzjonijiet importanti fil-qasam tat-trasport: il-karrozza u l-ajruplan, dehru fuq ix-xena internazzjonali ftit qabel ma miet Jules Verna. Illum it-trasport bl-ajru hu l-aktar mezz faċli ta’ transport bejn pajjiż u ieħor u anke l-aktar fiż-żgur. |
| Għal | pajjiż bħal tagħna, ġżira mdawwra bil-baħar, it-trasport bl-ajru hu l-mezz li jiġu t-turisti lejn pajjiżna. Filwaqt li 49 fil-mija taċ-ċittadini Ewropej ivvjaġġaw bl-ajru, il-51 fil-mija l-oħra vvjaġġaw bil-karrozza, coach, bus, trejn jew bil-vapur. Dawn għandna ma jiġux u għalhekk joħroġ ċar l-iżvantaġġ li għandna fil-konfront ta’ pajjiżi oħra. Dan juri wkoll li biex inkomplu nkabbru s-settur turistiku rridu ta’ bilfors ikollna linji ta’ l-ajru li jwasslu lejn pajjiżna l-akbar numru ta’ viżitaturi. |
| Irid | ikollna taħlita ta’ vjaġġi bi skeda minn linji nazzjonali ta’ l-ajru bħal l-Air Malta u vjaġġi oħra fejn kumpanniji jikru ajruplani biex jitrasportaw viżitaturi minn pajjiż għall-ieħor. Is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea fetħet għal pajjiżna opportunitajiet ġodda billi bis-sħubija ajruplani li jkunu qed iġorru passiġġieri minn Malta għal pajjiż ieħor jistgħu fi triqthom jieqfu pajjiż ieħor u jtellgħu u jniżżlu fih passiġġieri. Dan jagħti lil-linji ta’ l-ajru aktar flessibilita’. |
| L-ivvjaġġar | u t-trasport jimxu id f’id. Ma jistax ikun hemm turiżmu jekk ma jkunx hemm infrastruttura moderna ta’ transport li twassal lill-passiġier bl-ajru u bil-baħar u li jkollha marbuta magħha ajruport u sea passenger terminals moderni u sistema effiċjenti ta’ toroq. Wara li bnejna air terminal ġdid, u wara li mmodernizzajna s-Sea Passenger Terminal li qed ikompli jissebbaħ, bħalissa qed jitwettqu proġetti għall-bini ta’ terminals moderni fl-Imġarr Għawdex u fiċ-Ċirkewwa f’Malta u għal sistema ta’ toroq arterjali li se tkun ta’ livell Ewropej. I-Gvern jemmen li mingħajr infrastruttura moderna ta’ transport ma nistgħux inkompli nkabbru s-settur turistiku ta’ pajjiżna u ma jistasx ikollna prodott aħjar. |
| L-istess | jista’ jingħad għall-mezzi ta’ komunikazzjoni. Anke dawn huma assolutament meħtieġa fil-qasam turistiku. Dan il-Gvern fehmu u mhux biss ta lil pajjiżna sistema state of the art ta’ telekomunikazzjoni iżda żied magħha dawk is-servizzi kollha li mingħajrhom il-bniedem illum ma jħossux komdu u moqdi tajjeb. |
| In-nisġa | flimkien ta’ mezzi moderni ta’ transport u komunikazzjoni jagħtu lil pajjiżna dik ix-xi ħaġa aktar li trid tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tagħna bħala gżira. |
| Is-settur | turistiku hu settur dinamiku li kapaċi jirpilja malajr minn kull kriżi li tiġi fuqu, u joħroġ aktar f’saħħtu. Dan għaliex il-bniedem, aktar ma jogħla l-livell tal-għajxien tiegħu aktar jfittex li jsiefer biex jistrieħ u biex jixrob dejjem aktar mill-kulturi u d-drawwiet ta’ popli oħra. |
| Is-settur | turistiku hu wkoll mezz ta’ qligħ ta’ munita barranija. Għal pajjiżna s-settur turistiku jagħmel tajjeb għal kwart tal-ġid nazzjonali. Jiena nemmen li lkoll flimkien – Gvern, settur privat u l-poplu kollu – kapaċi inkomplu nsaħħu u nkabbru dan is-settur biex kulħadd igħix aħjar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947