Bini mill-ġdid ta’ numru ta’ toroq residenzjali ġodda f’Għawdex
| Iktar | minn 1,300 metru ta’ toroq residenzjali f’Għawdex se jinbnew mill-ġdid wara li l-Ministeru għal Għawdex joħroġ is-sejħiet għall-offerti meħtieġa fi ftit jiem oħra. |
| It-toroq | residenzjali li se jsiru huma fost l-aħħar toroq residenzjali f’Għawdex li ma ġewx asfaltati. Dan ifisser li wara li t-toroq fit-tlett lokalitajiet ta’ Għajnsielem, Għasri u Victoria jinbnew mill-ġdid u jingħataw it-tarmac, ftit li xejn ikun għad baqa’ toroq residenzjali f’Għawdex li m’humiex asfaltati. |
| It-toroq | li se jsiru huma: |
· Triq il-Qigħan (Għajnsielem)
· Triq ġdida fi Triq il-Qigħan (Għajnsielem)
· Triq l-Imrejżbiet (Għajnsielem)
· Triq il-Merkanti (Għajnsielem)
· Triq il-Firilla (Għajnsielem)
· Triq il-Muxrabija (Għasri)
· Triq Francesco Masini (Victoria)
· Triq l-Imħallef Ġuże’ Cremona (Victoria)
· Parti minn Triq Dun Franġisk Mizzi (Għajnsielem)
· Parti minn Triq 26 ta’ Jannar 1855 (Għajnsielem)
· Parti minn Triq il-Barumbara (Għajnsielem)
| Parti | mis-sejħiet għall-offerti mistennija jinħarġu sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa filwaqt li t-tieni parti mistennija jinħarġu sa nofs Ottubru. Ix-xogħol li se jsir jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq, l-għoti ta’ asfalt, il-bini ta’ bankini ġodda u l-mogħdija ta’ xi servizzi skond il-bżonn. |
| Il-Ministeru | għal Għawdex qiegħed jaħdem b’kordinament ma’ korporazzjonijiet bħall-Enemalta, il-Maltacom, il-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma u oħrajn biex ix-xogħol li jeħtieġ isir f’dawn it-toroq, jiġi kordinat mal-bini mill-ġdid. |
| Il-Ministru | għal Għawdex, Giovanna Debono, qalet li x-xogħlijiet li se jkompli jwettaq il-Ministeru għal Għawdex sabiex jitjiebu t-toroq tal-gżira huma mifruxa fuq numru ta’ toroq residenzjali u toroq arterjali. |
| Fil-fatt, | il-Ministru għal Għawdex qalet li minbarra ż-żewġ proġetti tal-bini mill-ġdid tat-Triq ta’ l-Imġarr u tat-triq li mir-Rabat twassal sa San Lawrenz, il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem fuq diversi proġetti oħra ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali li, dettalji dwarhom, se jingħataw fil-ġranet li ġejjin. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947