Preżentazzjoni aħjar ta’ Armerija bi storja unika
pr1375
27/09/2005
| L-Armerija | fil-Palazz tal-belt Valletta hi waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta’ armi li qed tinżamm fil-bini oriġinali tagħha u hi fost l-aktar monumenti storiċi ta’ valur, tal-kultura Ewropea. Din il-kollezzjoni ta’ armi hi wkoll fost l-aktar simboli tanġibbli ta’ l-istorja glorjuża tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. |
| L-armamenti | ta’ l-Ordni, li kienu biżżejjed għal eluf ta’ suldati, ġew trasferiti għall-Palazz fil-belt Valletta fl-1604 mill-Gran Mastru Alof de Wignacourt. Il-kollezzjoni ta’ armamenti kienet fis-sular ta’ fejn illum hemm il-Parlament. Fl-1975, il-kollezzjoni sħiħa ta’ armi ġiet trasferita għas-sular ta’ isfel tal-Palazz. |
| Anke | jekk parti mill-kollezzjoni oriġinali, l-Armerija għad fiha abbundanza ta’ materjal ta’ oriġini Taljan, Ġermaniż, Franċiż u Spanjol, li ġie miċ-ċentri ewlenin ta’ produzzjoni ta’ armi. Din l-armerija hi aktar interessanti għaliex mhux biss tinkludi l-armi tas-suldati komuni, iżda wkoll armamenti tan-nobilita’. |
| Wara | s-suċċess li kellha bl-audio guides li ntroduċiet fil-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat, Heritage Malta issa qed tintroduċi l-audio guides fl-Armerija fil-Palazz li jżuruha aktar minn 115,000 fis-sena. Il-management ta’ din is-sistema ta’ audio guides ingħatat lill-kumpannija Exaltic Ltd. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li nieda din is-sistema ġdida ta’ audio guides, qal li fl-isforz li qed isir bħalissa biex ngħollu l-prodott Malti – anke biex nikkompetu aħjar fis-suq turistiku – qegħdin nagħtu dehra ġdida lill-wirt kulturali u storiku ta’ pajjiżna. Hu qal li pajjiżna jattira madwar 200,000 viżitatur fis-sena għal dan in-niċċa turistika. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech fakkar li fl-Armerija twettqet riorganizazzjoni ta’ l-armamenti biex ikun żgurat li dawn jintwerew f’ordni kronoloġika. Hu qal li din ir-riorganizazzjoni iffaċilitat l-produzzjoni ta’ l-iscript għall-audio guides. Hu żied li kien xieraq li din il-faċilita’ l-ġdida qed tkun inawgurata fl-Jum Dinji tat-Turiżmu għax b’hekk qed nagħtu messaġġ ieħor favor li jkun hemm l-akbar sinerġija bejn it-turiżmu u l-kultura. |
| “L-introduzzjoni ta’ l-audio guides hu parti mill-isforz kbir | li qed nagħmlu biex nippreżentaw aħjar il-wirt storiku ta’ pajjiżna. Diġa twettqu proġetti importanti biex l-Ipoġew f’Ħal Tarxien u d-Domus Romana fir-Rabat jingħataw dehra ġdida li tirrapreżenta aħjar lil min iżuruhom l-istorja. |
| Proġetti | kbar oħra għall-preżentazzjoni aħjar ta’ l-istorja millenarja ta’ pajjiżna ser jitwettqu fl-Imnajdra u Ħaġar Qim f’Malta u fil-Ġgantija f’Għawdex,” qal il-Ministru Zammit Dimech, li appella lil kulħadd biex dawn il-monumenti storiċi inħarsuhom minn kull att vandalu ħalli nħalluhom lil ta’ warajna aħjar milli sibnihom. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947