Attivitajiet fil-Jum Dinji għat-Turiżmu
pr1374
27/09/2005
| Bħala | parti mill-attivitajiet li jfakkru l-Jum Dinji għat-Turiżmu, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech żar diversi lukandi u ristoranti fejn tkellem ma’ l-impjegati. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech żar il-lukanda Victoria f’Tas-Sliema u l-lukanda Weston Dragonara u r-ristoranti Buffalo Bill u Caeser’s f’San Ġiljan. |
| Matul | dawn iż-żjarat il-Ministru Zammit Dimech saħaq dwar il-ħtieġa li l-prodott li noffru jkun l-aħjar u li lit-turist nagħtuh valur għall-flus li jonfoq. Hu qal li d-dħul mit-turiżmu fl-aħħar 10 snin kiber minn Lm232.8 miljun fl-1995 għal Lm269.1 miljun fl-2004. Hu qal li kien assolutament meħtieġ li nkomplu noffru servizz mill-aqwa lit-turisti biex d-dħul minn dan is-settur ikompli jiżdied b’risq l-ekonomija ta’ pajjiżna u biex kulħadd igħix aħjar. |
| Aktar | tard il-Ministru Zammit Dimech segwa waħda mill-attivitajiet ta’ tindif li wettqu ħaddiema ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta li naddfu u bajdu Moyniham House fil-Bajja ta’ San Ġorġ, li għal xi żmien kienet abbandunata u tintuża biex jintrama’ l-iskart fiha. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li waħda mir-rekwiżiti biex ikollna prodott aħjar kienet li nżommu pajjiżna nadif. Hu qal li sfortunatamrnt kien għad hemm min jieħu pjaċir iħammeġ. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta kienet qed tgħin finanzjarjament biex f’postijiet frekwentati mit-turisti, t-tindif tat-toroq isir darbtejn fil-ġimgħa bejn il-Ħamis u l-Ħadd. Hu qal li kien hemm ftehim ukoll mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura biex flimkien nassiguraw l-manutenzjoni tal-promenades. Francis Zammt Dimech qal li jekk minkejja l-isforzi kollha li qed jagħmel il-Gvern biex iżomm Malta nadifa, xorta jibqa’ dawk il-ftit li jridu jkomplu jħammġu allura l-Gvern ma jibqalux triq oħra għajr li japplika pieni aktar iebsa għal min jinqabad iħammeġ. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech wara mar ir-Rabat fejn fil-Pjazza San Kataldu, is-Sindku tar-Rabat Frank Fabri ippreżenta lill-Ministru b’mappa turistika tar-Rabat. Il-Ministru Zammit Dimech qal li t-turiżmu ma kienx intiż biex jilħaq ċerti inħawi ta’ Malta u oħrajn le. Hu qal li kull lokalita’ f’Malta u Għawdex kellha x’toffri lit-turist u għalhekk il-Gvern jinkoraġixxi li kull raħal u belt f’Malta jkunu parti mis-settur turistiku. Dr. Zammit Dimech qal li l-mappa turistika ta’ lokalita’ kienet tgħin lit-turist ikun jaf dik il-lokalita’ x’toffri. Hu qal li kien b’dan l-iskop li l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta kienet tgħin inizjattivi bħal dawn. Hu tenna li kull inizjattiva li tittieħed f’dan ir-rigward kienet ta’ min jinkorraġiha. |
| Fil-għaxija, | il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech se jagħti messaġġ fuq TVM bit-tema “L-ivvjaġġar u t-trasport huma s-sisien tat-turiżmu”. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947