Left arrow Mur Lura

ASSISTENZA LILL-KAMRA TAN-NEGOZJU GHAL GHAWDEX FL-INIZJATTIVI TAGHHA

pr1371
Date Icon 27/09/2005
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex, ipprezentat assistenzafinanzjarja lill-Kamra tan-Negozju ghal Ghawdex bhala ghajnuna lil din l-organizzazzjoni fl-inizjattivi taghha.
Il-Ministru Debono pprezentat zewg cekkijiet lill-President tal-Kamra,Dr Michael Caruana, fil-prezenza ta' membri ohra tal-Kamra, waqt il-prezentazzjoni tal-pubblikazzjoni "Proudly Made in Gozo" - direttorju ta' servizzi u prodotti li wiehed jista' jsib f'Ghawdex, b'accenn partikolari fuq il-qasam ta' l-artiggjanat.
Il-Ministru Debono fahhret lill-Kamra tan-Negozju ghal Ghawdex tad-diversiinizjattivi u hidma li wettqet minn kemm ilha li twaqqfet fl-1999, b'mod partikolari l-ahhar inizjattiva, din tal-pubblikazzjoni ta' direttorju li se jservi bhala ghodda ta' reklamar ghan-negozji Ghawdxin kemm f'xtutna kif ukoll barra mill-gzejjer Maltin.

Bhala apprezzament tal-hidma tal-Kamra tan-Negozju ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono pprezentat is-somma ta' madwar Lm1,500 ohra lill-Kamra, li hija somma addizzjonali ghall-assistenza finanzjarja regolari li jaghti ta' kull sena l-Ministeru ghal Ghawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow