IT-TIENI LAQGHA TA' PRIM IMHALLFIN TA' PAJJIZI ZGHAR TAL-COMMONWEALTH
pr1369
27/09/2005
| It-Tieni Laqgha ta' Prim Imhallfin ta' Pajjizi Zghar tal-Commonwealth | din is-sena ser tinzamm Malta nhar il-Gimgha 30 ta' Settembru fl-edifizzju tal-Qrati tal-Gustizzja, il-Belt Valletta. Il-partecipanti ser ikunu l-mistiedna tal-Prim Imhallef Vincent De Gaetano. |
| Dan il-grupp informali, li ltaqa' ghall-ewwel darba is-sena l-ohra | f'St Helier gewwa Jersey, hu maghmul mill-Prim Imhallfin ta' tmienja mill-izghar gurisdizzjonijiet tal-Commonwealth: Gibilta`, Bermuda, Jersey, Guernsey, l-Isle of Man, il-Gzejjer Cayman, il-Gzejjer Turks and Caicos u Malta. |
| Il-laqghat huma intizi biex jaghtu l-opportunita` lill-Prim Imhallfin | li jiddiskutu u jiskambjaw il-fehmiet taghhom fuq suggetti ta' interess reciproku specjalment fid-dawl ta' problemi li huma komuni ghal gurisdizzjonijiet zghar hafna. |
| Fost is-suggetti li ser jigu diskussi fil-laqgha ta' din is-sena hemm | il-protezzjoni tal-gudikanti minn influwenzi esterni politici, ekonomici u socjali; ir-relazzjoni bejn il-media u l-procediment penali; u s-supervizjoni tal-kondotta u l-imgieba tal-gudikanti. |
| Il-Prim Imhallfin ser jaghmlu wkoll zjara ta' kortesija lill-President | ta' Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947