Left arrow Go Back

IT-TIENI LAQGHA TA' PRIM IMHALLFIN TA' PAJJIZI ZGHAR TAL-COMMONWEALTH

pr1369
Date Icon 27/09/2005
It-Tieni Laqgha ta' Prim Imhallfin ta' Pajjizi Zghar tal-Commonwealthdin is-sena ser tinzamm Malta nhar il-Gimgha 30 ta' Settembru fl-edifizzju tal-Qrati tal-Gustizzja, il-Belt Valletta. Il-partecipanti ser ikunu l-mistiedna tal-Prim Imhallef Vincent De Gaetano.
Dan il-grupp informali, li ltaqa' ghall-ewwel darba is-sena l-ohraf'St Helier gewwa Jersey, hu maghmul mill-Prim Imhallfin ta' tmienja mill-izghar gurisdizzjonijiet tal-Commonwealth: Gibilta`, Bermuda, Jersey, Guernsey, l-Isle of Man, il-Gzejjer Cayman, il-Gzejjer Turks and Caicos u Malta.
Il-laqghat huma intizi biex jaghtu l-opportunita` lill-Prim Imhallfinli jiddiskutu u jiskambjaw il-fehmiet taghhom fuq suggetti ta' interess reciproku specjalment fid-dawl ta' problemi li huma komuni ghal gurisdizzjonijiet zghar hafna.
Fost is-suggetti li ser jigu diskussi fil-laqgha ta' din is-sena hemmil-protezzjoni tal-gudikanti minn influwenzi esterni politici, ekonomici u socjali; ir-relazzjoni bejn il-media u l-procediment penali; u s-supervizjoni tal-kondotta u l-imgieba tal-gudikanti.
Il-Prim Imhallfin ser jaghmlu wkoll zjara ta' kortesija lill-Presidentta' Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow