SENA SKOLASTIKA GDIDA - ZVILUPPI GODDA
pr1367
27/09/2005
| "Is-sena skolastika li bdiet illum trid iggib maghha zviluppi | importanti ohra fis-sistema edukattiva. Irridu nibdew process li nibdlu dak li mehtieg biex tassew uliedna jirnexxu lkoll. Il-Gvern determinat li jwettaq il-mandat tieghu li jaghmel minn kollox biex l-istudenti kollha jispiccaw il-livell sekondarju b'bazi edukattiva b'sahhitha u ta' kwalità u li l-bicca l-kbira fosthom ikomplu bl-istudju u t-tahrig fil-livelli post-sekondarji, vokazzjonali u terzjarji. B'hekk biss il-poplu Malti u Ghawdxi jista` jkabbar l-ekonomija u jkattar il-gid u l-impiegi." |
| Dan hu l-qofol tal-messagg li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh | u Xoghol, Louis Galea ghadda lill-istudenti, ghalliema u genituri fl-ewwel jum tas-Sena Skolastika 2005-2006. |
| Tlieta u sittin elf (63,336) tifel u tifla, studenti fl-iskejjel ta' | l-Istat, tal-Knisja u Privati, ftit aktar subien (32,536) milli bniet (30,800), qed jibdew sena skolastika gdida. Minn dawn 38,786 jattendu skejjel ta' l-Istat, 16,350 jattendu skejjel tal-Knisja, u 8,200 jattendu skejjel privati. Minn numru totali ta' studenti 6,386 jinsabu fil-livell pre-primarju, 29,400 fil-livell primarju, u 27,550 fil-livell sekondarju. |
Dawn l-istudenti qed jigu mghallma f'195 skola minn 4,650 ghalliema. Illum fethu l-bibien taghhom 113-il skola ta' l-istat b'3176 ghalliema 456 assistenti tal-kindergarten, u minn 861 facilitator b'appogg ghal studenti bi bzonnijiet specjali. Fil-fatt l-ghalliema fl-iskejjel ta' l-Istat dahlu lura mill-vaganzi nhar il-Hamis li ghaddew biex fl-flimkien mal-Kap u l-Assistenti Kapijiet jippreparaw l-iskola u l-klassijiet. 1,103 ghalliem hadu sehem fi programm ta' tahrig in-service l-gimgha li ghaddiet u 2,255 attendew ghall-korsijiet malli spiccat l-iskola f'Lulju li ghadda.
| Il-Ministru Louis Galea, is-Segretarju Permanenti s-Sur Frans Borg, u | d-Direttur ta' l-Edukazzjoni Dr. Cecilia Borg kmieni filghodu zaru diversi skejjel ta' l-Istat u taw merhba lill-istudenti u l-ghalliema fl-ewwel jum ta' l-iskola. |
| Dr. Cecilia Borg, waqt iz-zjara taghha fl-iskola primarja f'Had | Dingli, awgurat lill-istudenti u l-ghalliema sena ta' hidma. Fakkret li l-entuzjazmu ta' l-ewwel gurnata ghandu jibqa' jidher f'kull jum tas-sena skolastika. Hi hegget lill kulhadd biex jifhem is-sehem importanti ta' l-edukazzjoni fil-hajja taghna u li b'edukazzjoni soda mhux biss igawdi l-individwu izda jghin biex pajjizna jsib postu fuq livell internazzjonali. |
| Is-Sur Frans Borg, waqt iz-zjara tieghu fl-iskejjel primarji | tal-Mosta sahaq dwar l-importanza li l-istudenti jinghataw dak kollu li huma ntitolati ghalih: edukazzjoni ta' kwalita', impenn shih fit-taghlim, dedikazzjoni ta' l-ghalliema, thejjija professjonali u s-servizzi mehtiega. Hu appella lill-imsiehba kollha fl-edukazzjoni biex ikomplu jahdmu sfiq u flimkien biex l-iskejjel taghna jkunu id-dar li uliedna jixxenqu ha jmorru fiha. |
| Il-Ministru Louis Galea zar l-iskejjel primarji ta' Bormla u l-Birgu, | l-iskola sekondarja tas-subien Lorenzo Gafa' (tal-Fortini) fil-Kalkara u l-Kullegg San Benedittu Sekondarja Subien f'Hal Kirkop. Ghal din l-iskola gdida f'dan il-Kullegg dan hu jum storiku ghaliex hu l-jum li fih qed tilqa` l-ewwel 330 studenti subien li gejjin minn Hal Ghaxaq, il-Gudja, B'Bugia, Hal Kirkop, Mqabba, Qrendi, Safi u Zurrieq. |
| Minkejja xita qawwija f'diversi partijiet tal-pajjiz, l-ewwel gurnata | ta' l-iskola bdiet b'mod mill-aktar kalm u normali. Fir-rigward tat-trasport 17-il rotta minn 750 rotta differenti kienu affettwati mil-maltemp. Dalghodu gew trasportati mat-23,000 student. Gew rappurtati wkoll xi problemi zghar f'xi skejjel minhabba x-xita li ghamlet, dawn kienu jinkludu qtugh ta' dawl u problemi fis-sistemi tal-komunikazzjoni, madankollu l-hsarat issewwew fi zmien qasir. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947