Left arrow Mur Lura

MESSAGG MILL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI, ZGHAZAGH U XOGHOL, DR. LOUIS GALEA FL-OKKAZJONI TAL-FTUH TAS-SENA SKOLASTIKA

pr1366
Date Icon 27/09/2005
Insellem u naghti merhba minn qalbi lit-tfal, studenti u ghalliemakollha kemm huma fil-ftuh ta' din is-sena skolastika.
Pubblikament infisser il-hajr u l-apprezzament tieghi u tal-Gvernghall-hidma li d-Direttur Generali tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni flimkien mad-Diretturi, ufficjali, Kapijiet ta' skejjel, Assistenti Kapijiet u ghalliema wettqu tul ix-xhur tas-sajf biex ihejju l-iskejjel ta' l-Istat ghal sena skolastika ohra.
Irrid ukoll pubblikament nirringrazzja lill-Bord u l-ufficjali u l-haddiematal-FTS (Foundation for Tomorrow's Schools), il-haddiema tat-Taqsima tas-Servizzi Teknici tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll lill-haddiema tat-Tarzna mislufa mill-IPSL tal-hidma kbira u ta' livell tajjeb li wettqu fix-xhur li ghaddew biex jaghtu lill-poplu Malti u Ghawdxi skejjel godda u mgedda li fihom ser intejjbu l-kwalità ta' l-edukazzjoni tat-tfal taghna.
Lill-genituri u lil kull min ghandu xi responsabbilita` ghat-trobbijata' l-ulied irrid nghidilhom li l-ewwel u l-akbar responsabbilità ghall-edukazzjoni ta' l-ulied taqa` fuqna l-genituri. Din hi responsabbilità li bl-ebda mod ma nistghu naharbu jew infarfru minn fuq spallejna. Huwa dmir sagrosant taghna nerfghuha bil-ferh u skond l-ahjar hiliet taghna. L-aqwa u l-ewwel edukazzjoni ta' l-ulied tigi mill-imhabba, l-ghozza, il-kura, il-harsien u l-valuri spiritwali u morali li ahna nseddqu fil-familja li b'responsabbilità taghna ddecidejna li nibnu. Il-genituri kollha, anke l-aktar fqar, batuti u f'diffikultà, jistghu jaghtu l-akbar kontribut biex uliedhom jirnexxu jekk isegwu din it-triq. L-Istat, permezz tal-Gvern, qed jaghmel hiltu kollha, kif infisser aktar tard, biex nappoggjaw u nghinu bl-ahjar mod possibbli lill-genituri f'din il-missjoni l-aktar nobbli tat-trobbija ta' l-ulied.
Lill-istudenti kollha nilqghuhom b'ferh kbir fl-iskejjel taghna. Il-Gvernflimkien ma' l-edukaturi kollha ninsabu dedikati u mpenjati kompletament biex narawkom tikbru u tizviluppaw f'sahhitkom, bl-intelligenza, it-talenti u l-hiliet diversi li lkoll, mill-icken sa l-ahjar wiehed u wahda fostkom, zgur ghandkom. Ahna rridukom tohorgu kull talent li ghandkom u ssarrfuh. L-appell tieghi lilkom u lill-genituri taghkom hu li taghrfu s-sigriet tas-success - kif ser tuzaw il-hin qasir ferm li ghandna b'mod effettiv halli tlahhqu ma' dak li tiehdu gost taghmlu f'qafas ta' prioritajiet li minnhom ser jiddependi jekk u kemm ser tirnexxu fil-hajja. Dan bilfors irid jinkludi hin bizzejjed ta' attenzjoni, koncentrazzjoni, hidma, studju u tahrig f'dak kollu li taghmlu ma' l-ghalliema taghkom. Nassigurakom li hafna mill-hin li qed tghaddu tilghabu u ticcettjaw fuq il-kompjuter hu hin mohli li thallsu ghalih bil-qares aktar kemm tikbru. Kunu intom il-protagonisti ta' l-uzu tal-hin taghkom billi taghrfu li hemm hin ghal kollox, jekk taghrfu tqassmuh b'sens ta' awtodixxiplina.
Lill-edukaturi u ghalliema kollha nerga` nfissrilkom l-apprezzamentgholi li naghtu ghall-vokazzjoni li dhaltu ghaliha. Infakkarhom li lkoll kemm ahna ghandna l-esperjenzi sbieh u anqas sbieh ta' ghalliema li ahna individwalment kellna tul is-snin. Kull wiehed u wahda minna l-edukaturi personalment ghandna direttament bicca mic-cavetta tas-success ta' l-ulied li jigu fdati lilna ghall-edukazzjoni taghhom. L-impenn personali u l-professjoni ta' kull ghalliem ghandhom influwenza diretta fuq l-izvilupp edukattiv ta' l-ulied fdati lilhom.
L-appell tieghi lil kulhadd hu li nissiehbu ghalenija b'impennimgedded fl-izvilupp tal-kwalità ta' l-edukazzjoni f'pajjizna. Ir-rizultati pozittivi li niksbu bis-sahha ta' din il-hidma ghall-edukatur veru ghandhom igibu sodisfazzjon li jseddaq il-milja tal-vokazzjoni li l-bniedem jidhol ghaliha. Hekk kif l-edukaturi li Malta kellha fl-ahhar mitt sena jistghu jaraw il-frott tal-missjoni taghhom f'poplu Sovran, hieles u membru fl-Unjoni Ewrorpea, hekk ukoll l-edukaturi tal-lum ser jiddeterminaw il-harsien u t-titjib tal-kwalità tal-hajja ta' ulied il-poplu u uliedhom.
Fis-sentejn li ghaddew il-Ministeru u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjonihadmu fuq il-mandat li ghandu l-Gvern biex jiehu l-passi mehtiega halli jirriforma is-sistema edukattiva f'kull livell u jgholli u jizgura l-kwalità u l-istandards. Il-hidma fuq l-analizi kritika u r-rakkomandazzjonijiet dwar diversi aspetti tas-sistema tlestiet jew qorbot biex titlesta. Digà gew pubblikati r-rapporti "Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll", ir-Rapport Chalmers dwar il-livell Post-Sekondarju u Terzjarju u dak dwar l-edukazzjoni inklussiva u specjali li lesta l-grupp li mexxa s-Sur Lino Spiteri. Ir-rapporti dwar l-edukazzjoni bikrija, l-assentejizmu, u l-MATSEC jinsabu fi stadju avvanzat.
Sadanitant infethu negozjati ma' l-MUT bl-iskop li flimkien insibu l-bazitajba ta' ftehim ghat-twettiq tar-riformi li huma mehtiega fis-sistema edukattiva. Aktar `l quddiem ser isiru negozjati ma' unjons ohra li jirraprezentaw haddiema li jahdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni.
Bl-iskop li nifhmu ahjar it-triq gdida li irridu naqbdu f'din is-senaskolastika ser naghtu bidu ghat-twettiq ta' erba` progetti bi prova - il-Kullegg tal-Kottonera, il-Kullegg ta' Ghawdex, il-Kullegg San Benedittu u l-progett tan-network ta' l-iskejjel specjali u t-twettiq tar-rapport Spiteri. Il-gimgha li ghaddiet intghazlu l-erba` Ko-ordinaturi li ser imexxu dawn il-progetti. Dawn il-Ko-ordinaturi ser jibdew il-hidma taghhom immedjatament. Fi zmien qasir ser johorgu s-sejhiet ghall-applikazzjoni ghall-pozizzjonijiet ta' Amministraturi tal-Kulleggi u tal-Precincts Officers taghhom. Il-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi (FES) giet mitluba li din is-sena tiffoka l-hidma taghha fil-progetti pilota. Xoghol iehor ser isir fuq ir-ristrutturar tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-emendi tal-Ligi dwar l-Edukazzjoni.
Il-Ko-ordinatur maghzul ghall-iskejjel specali u l-edukazzjoniinklussiva gie moghti l-inkariku li jikko-ordina t-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Spiteri.
Il-Fondazzjoni ghall-Iskejjel ta' Ghada (FTS) tat lill-poplu skolagdida mill-aqwa u mill-isbah f'Hal Kirkop li ser tintuza bhala sekondarja ghas-subien u ser tifforma parti mill-Kullegg San Benedittu. L-FTS immirat li tlesti din l-iskola f'sentejn u bi spiza ta' mhux aktar minn tlett miljun lira. Din il-mira l-FTS lahqitha mija fil-mija. Issa ser jibda x-xoghol fuq is-sala ghal uzu divers (multi-purpose) u l-kumpless sportiv ta' dawn l-inhawi ta' Malta.
Minbarra x-xoghol estensiv f'diversi skejjel li fuqu kienet impenjatal-FTS fix-xhur li ghaddew, il-Fondazzjoni issa qed tipprocessa l-permessi, disinji u tenders ghal tliet skejjel godda fil-Handaq, fin-Naxxar, u f'Pembroke. L-FTS ser taghmel ukoll dak li hu mehtieg biex jibda l-immodernizzar ta' l-iskejjel sekondarji f'Ghawdex. Dan kollu hu parti mill-progett tal-Gvern li b'investiment ta' miljuni u fi zmien ftit snin irid li l-iskejjel kollha ta' l-Istat ikunu ta' l-oghla kwalità. L-istandards gholja li nkisbu fil-Kullegg San Benedittu u fl-iskola Sir Adrian Dingli huma l-bazi ghall-istandards li rridu nilhqu fl-iskejjel kollha.
Is-sena skolastika li bdiet illum trid iggib maghha zviluppiimportanti ohra fis-sistema edukattiva. Irridu nibdew process li nibdlu dak li mehtieg biex tassew uliedna jirnexxu lkoll. Il-Gvern determinat li jwettaq il-mandat tieghu li jaghmel minn kollox biex l-istudenti kollha jispiccaw il-livell sekondarju b'bazi edukattiva b'sahhitha u ta' kwalità u li l-bicca l-kbira fosthom ikomplu bl-istudju u t-tahrig fil-livelli post-sekondarji, vokazzjonali u terzjarji. B'hekk biss il-poplu Malti u Ghawdxi jista` jkabbar l-ekonomija u jkattar il-gid u l-impiegi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow