Left arrow Mur Lura

SMALTA TAĦFER ID-DEJN UFFIĊJALI TA’ L-IRAQ

pr1365
Date Icon 26/09/2005
Illum f’Washington, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-FinanziTonio Fenech u l-Ministru tal-Finanzi Iraqi Ali A. Allawi, iffirmaw ftehim li permezz tiegħu Malta  ħafret id-dejn ta’ 8 miljun Dollaru Amerikan li l-Iraq kellu jagħti lil Malta u li kien marbut ma transazzjonijiet kummerċjali li saru fis-snin Tmenin.
B’hekk Malta qed tingħaqad ma’ numru ta’ pajjiżi oħra li qablu lijaħfru d-dejn li kien sar fil-passat mill-Iraq, bil-għan li l-poplu Iraqi jiġi mogħti l-opportunita li jerġa jibni l-futur tiegħu.  Il-Gvern qiegħed jieħu dan il-pass bħala turija ta’ solidarjeta’ mal-poplu Iraqi fl-isforzi tiegħu li jerġa jibni l-ekonomija ta’ pajjiżu.  Id-dejn uffiċjali tal-Iraq huwa stmat li jlaħħaq ‘l fuq minn 125 biljun Dollaru Amerikan.
Il-Ministru tal-Finanzital-Iraq Ali A. Allawi esprima l-apprezzament tiegħu għall- ġest tal-poplu Malti u l-assistenza li dan qed jagħti għall-proċess ta’ rikostruzzjoni ta’ l-ekonomija, l-istabbilita’ u l-prosperita’ tal-Iraq.  Il-Ministru Allawi esprima wkoll ix-xewqa tiegħu li jara imprendituri Maltin jipparteċipaw fir-rikostruzzjoni tal-Iraq u li ż-żewg pajjiżi jikollaboraw aktar bejniethom.
Is-SegretarjuParlamentari Tonio Fenech esprima l-appoġġ u s-solidarjeta’ tal-poplu Malti fil-konfront tal-poplu Iraqi f’dan iż-żmien diffiċli li għaddej minnu u l-ħtiega li nagħtu l-appoġġ tagħna għall-iżvillupp ekonomiku u soċjali ta’ l-Iraq. Dan il-ġest ukoll juri li l-poplu Malti hu dejjem lest li jgħin lil dawk li jkunu għaddejjin minn żmienijiet diffiċli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow