IL-POŻIZZJONI TAL-KUMMISSJONI TAL-KNISJA DWAR L-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN
pr1361
24/09/2005
| Il-Gvern | għal darb’oħra jerġa jinnota r-riaffermazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent favur il-proposti għat-titjib ta’ l-impjant ta’ Sant’Antnin. |
| Kien | ikun ferm aktar għaqli li kieku c-chairperson tal-Kummissjoni tal-Knisja esprima dan il-ħsieb ukoll fil-laqgħa pubblika li saret nhar il-Ħamis li għadda. Minflok, ic-chairperson tal-Kummissjoni sfortunatament għażel li jitkellem dwar in-negattiv biss u saħansitra ddeskriva l-proċess bi kliem li mkien ma jirriżultaw fl-ispirtu ta’ l-opinjoni maħruġa mill-istess Kummissjoni, u wisq anqas minn dak li qed tiddikjara llum l-istess Kummissjoni. |
| Il-Gvern | jistaqsi għaliex ic-chairperson ta’ Kummissjoni għażel li jkun negattiv b’mod aggressiv meta għal darba darbtejn il-Kummissjoni li hu stess jippresjedi tgħid li l-proposti ta’ titjib se jwasslu għal ’titjib sostanzjali fil-mod kif l-Impjant qed jaħdem preżentament, li se jnaqqas sostanzjalment l-impatt fuq in-nies u l-ambjent tal-lokal’. |
| Bħalma | kien dikjarat pubblikament f’okkażżjonijiet oħrajn, il-Gvern irid itenni li hu assolutament favur it-twaqqif ta’ kumitat li jissorvelja l-operat ta’ l-impjant kif propost u f’dan il-kuntest saħansitra offra li f’dan il-kumitat ikun hemm ukoll rappreżentanza tal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn. Din il-proposta kienet ukoll imtennija fil-laqgħa li l-Ministru kellu mal-Kummissjoni tal-Knisja. Sa’ llum il-Gvern għadu qed jistenna risposta għal din il-proposta. Fir-rigward ta’ garanziji li titlob il-Kummissjoni tal-Knisja, jrid jingħad li l-garanziji tipprovdihom il-MEPA bħala l-awtorita’ kompetenti fil-kundizzjonijiet tal-permess. |
| Il-Gvern | itenni l-appell tal-Kummissjoni biex ħadd ma jħalli l-partiġġjaniżmu jagħmih f’din il-kwistjoni. Hija sfortuna li l-proposti ta’ titjib spiċċaw bħala ballun politiku. Il-Gvern għal darb’oħra jiddikjara li fl-interess tal-ġid komuni, se jibqa’ determinat li jara li l-proposti ta’ titjib effettivament iseħħu u dan fl-aħjar interess tar-residenti ta’ l-inħawi u tal-poplu kollu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947